Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/90848
Title: Titwila lejn il-ħajja ta' l-alfabett : studju lingwistiku
Authors: Nicholas-Borg, Manwel
Keywords: Maltese language -- History
Maltese language -- Foreign elements
Maltese language -- Alphabet
Maltese languages -- Writing
Malta -- Languages
Issue Date: 1987
Publisher: Gozo Press
Citation: Nicholas-Borg, M. (1987). Titwila lejn il-ħajja ta' l-alfabett : studju lingwistiku. Għawdex: Gozo Press.
Abstract: F'din it-titwila mit-tieqa taż-żmien naraw kif l-alfabett żvolġa fost tibdiliet fi ġnus differenti. B'xorti ħażina l-ħarsa t'għajnejna ma twassalx lejn żminijiet meta kienet inkitbet l-ewwel ittra, għaliex in-nies li kienu tħajru jħallu xi ħaġa miktuba wara ħajjithom kienu mietu qabel ma kien irnexxielhom dan l-għan tagħhom, u għalhekk meta mietu l-ideat ta' ħajjithom indifnu magħhom fil-qabar, u b'hekk aħna, kif ukoll dawk ta' warajna, qatt ma nkunu nafu x' kienu qegħdin iħejju dawk in-nies. Bis-saħħa ta' l-alfabett sar il-miraklu tal-kitba, u bis-saħħa tal-kitba nbniet il-librerija permanenti fl-ideat, fil-ħsibijiet, u fil-ġrajja tal-ġnus. Qabel iż-żmien tal-kitba, meta l-kelma kienet mitkellma biss, id-drawwiet folkloristiċi għaddew f'ġenerazzjonijiet ta' nies bil-kelma tal-fomm, li mal-medda taż-żmien, dawk id-deskrizzjonijiet tradizzjonali, jew kienu nkitbu differenti mill-oriġinal tagħhom, jonkella ntilfu għal kollox. Fl-istudji lingwistiċi hemm il-maġija ta' l-attrazzjoni lejn l-alfabetti li emigraw f'bosta pajjiżi fejn l-ittri kienu ħadu s-sudditanza ta' bosta ġnus.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/90848
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCL&LMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Titwila_lejn_il-ħajja_ta_l-alfabett.pdf
  Restricted Access
3.59 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.