Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/91210
Title: L-isvilupp tal-liġi tal-istampa f'Malta
Authors: Masini, Franco (1964)
Keywords: Press law -- Malta -- History
Newspapers
Jury
Issue Date: 1964
Citation: Masini, F. (1964). L-isvilupp tal-liġi tal-istampa f'Malta (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Fiż-żmien meta pajjizna għaddej minn ġrajjiet memorabbli, meta l-iskrittura kostituzzjonali, soċjali u ekonomika qed titbiddel għal kollox, l-istampa għandha tassew missjoni importanti fil-ħajja nazzjonali tagħna. Il-ligi li tirregola l-istampa, għaldaqstant, f'dan iż-żmien ta' taqlib għandha tifsira speċjali. Dana kien li ġagħalni nagħżel dan is-suġġett bħala wieħed li jistħoqqlu ftit tal-istudju. Iż-żmien relattivament qasir li ma' tulu pajjiżna gawda l-liberta tal-istampa u n-nuqqas ta' opportunitajiet għall-istudjużi kienu forsi l-kaġun għaliex dan is-suġġett ftit li xejn sar studju fuqu. Iżda billi dan l-istudju kellu tabilfors isir fi żmien qasir u taħt ċirkostanzi li ma ppermettawlix ċerta liberta ta' riċerki li jieħdu tul ta' żmien ir-riżultat se jkun forsi xi ftit 'sketchy'. Għaldaqstant, dan ix-xogħol modest jagħti sfumatura biss fuq l-evuluzzjoni storika tal-Liġi tal-Istampa f'Malta. Nittama li iktar 'il quddiem ikolli opportunita biex nagħti sura ahjar lil dan ix-xogħol. Kelma ta' twissija lill-qarrej u lill-istudjuż li jkun jixtieq ikompli jibni fuq dan ix-xogħol: f'dan ir-rakkont jiena qagħadt assoluta fuq id-deskrizzjoni tal-liġi u l-emendi li eventwalment saru. Ma ppruvjat bl-ebda mod nillustra l-liġi jew nagħti nterpretazzjonijiet dwar l-artikoli ta' dan il-liġi. Naħseb li studju bir-reqqa fuq dan hemm lok tiegħu, iżda mhux fil kwadru ta' dan il-proġett. Jekk wieħed jifli bir-reqqa id-Deċiżjonijiet tal-Qrati ta' Malta, li ilhom jiġu ppublikati 'l fuq minn mitt sena għandu jsib huma referenzi għal din il-liġi li jkunu ta' siwi kbir. It-tifsir tal-artikoli ta' din il-liġi mportanti fil-Gurisprudenza Maltija huwa tassew interessanti u anke ħafna drabi jitfa dawl fuq il-ħajja politika u kostituzzjonali tal-pajjiż.
Description: B.A.GEN.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/91210
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1964-1995

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.GEN._Masini_Franco_1964.pdf
  Restricted Access
1.98 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.