Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/91325
Title: Id-dizzjunarji Maltin
Authors: Privitera, Victor (1964)
Keywords: Encyclopedias and dictionaries -- Malta
Maltese language
Language and languages
Issue Date: 1964
Citation: Privitera, V. (1964). Id-dizzjunarji Maltin (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Sa mill-bidu tal-kitba tal-Malti inħasset il-ħtieġa li jingabru r-regoli tal-grammatika u jinħoloq alfabet qabel ma awtur ikun jista' jibdni dizzjunarju. Għalehekk jiena niżżilt l-awturi ta' grammatika mal-pjonieri tad-dizzjunarji Maltin. Fix- xogħol tiegħi jiena għafast fuq l-ewwel kitbiet u sensiliet ta' kliem Malti għax, sa fejn naf jien, ftit għadu nkiteb fuq l-ewwel żmenijiet, u kliem li jinsab imxerred f'kotba miktubin b'ilsna oħra għad ma ġiex miġbur flimkien biex jgħin lil min irid iwettaq xogħol ta' tfittix letterarju. L-iskop ta' dan li għamilt ma jwassalnix biex nidħol fl-irqaqat kollha li hemm x'tifli fl-ewwel kitbiet tal-Malti. Jiena kemm tajt ħjiel ta' x'wieħed jista' jfittex aktar bir-reqqa u jagħmel konkluzzjonijiet bla tlaqliq. Xogħol ta' paċenzja kien biex wieħed iqalleb mijiet, jekk mhux eluf ta' paġni, biex jingħarbel il-kliem Malti mill-kitba taljana, latina jew ġermaniża, u jitqabblu il-kliem ta' awturi differenti. Dan ix-xogħol mgħarbel u mqabbel niżżiltu fl-Appendices biex forsi jaqdi 'l ħaddiehor fit-tiftix lessikal biex jinkiseb dawl aktar fuq l-imgħoddi ta' lsien art tweldina. Jisgħobija li mkien ma sibt il-ktieb ta' Skippon biex inkun nista' nsaħħah u ntemm ix-xogħol ta' tkixxif tiegħi. Nittama li fil-ġejjieni inkun nista' nimxi 'l quddiem f'dan il-qasam u nasal għal tagħrif fuq il-Malti kif kien miktub fis-Seklu XVII u qabel.
Description: B.A.GEN.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/91325
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1964-1995

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.GEN._Privitera_Victor_1964.pdf
  Restricted Access
4.81 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.