Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/92500
Title: It-Teatrin
Authors: Vella, Charles (1964)
Keywords: Theater
Theater -- Malta
Theater -- Malta -- History
Issue Date: 1964
Citation: Vella, C. (1964). It-Teatrin (Bachelor's dissertation).
Abstract: Għalkemm sal-1939 iċ-ċinematografu kien ilu xi żmien imwaqqaf, għalkemm l-opra kellha tradizzjoni qawwija, u t-teatru kellu wkoll l-ammiraturi tiegħu, b'danakollu t-teatru popolari, jew aħjar it-teatrin kif kien u għadu jsejjaħlu l-poplu, kien l-iktar divertiment inferrex u magħqud mad-drawwiet lokali, kemm f'l-ibliet kif ukoll f'l-irħula... Mhux il-ħsieb ta' din il-kitba li tistudja l-istorja tal-kumpaniji tat-teatrin, izda li tagħti xi 'ħjiel dwar il-bini u l-popolarita tagħhom. Dawk il-kumpaniji li kienu jaħdmu xogħlijiet ta' livell iktar għoli mil-livell popolari ma ssemmewx f'dan l-istudju ħlief sa fejn kellhom x'jaqsmu mal-kumpaniji tat-teatrin. Dan sar għax kumpaniji bħal, ngħidu aħna, l-Indipendenza, jistħoqqilhom studju ghalihom, kemm f'dawk li huma produzzjonijiet, u kemm f'dik li kienet għazla fil-pubbliku tagħhom. Barramindan il-ħsieb tiegħi huwa li nuri lil ħafna min nies li marru numerużi għall-ewwel konkorsi teatrali, kienu l-istess nies li kienu jaffollaw għat-teatrini, u kif il-produzzjonijiet ta' dawn il-konkorsi kienu, fil-bidu, taħlita tal-qadim mal-gdid, hekk ukoll kienet l-attendenza għalihom. F'Malta t-teatru ġdid għandu rabta diretta mat-teatrini, u l-katina li torbot fiha żewġ ħoloq l-attur u l-pubbliku. Il-ħsieb tal-konkorsi kien u għadu li jwarrab il-qadim u jinkoraggixxi l-ġdid. Dan huwa ħsieb sabiħ izda m' għandux jieqaf biss· fil-għażla tal-produzzjonijiet. It-teatru huwa magħmul minn żewġ taqsimiet: il-palk u -platea. It-tnejn iridu jkunu ikkoltivati ..
Description: B.A.GEN.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/92500
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1964-1995

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.GEN._Vella_Charles_1964.PDF
  Restricted Access
2.66 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.