Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/92634
Title: Siġar u pjanti : kalendarju ta' żriegħ, taħwil u tagħrif ieħor li għandu jsir kull xahar
Authors: Caruana, Peter A.
Keywords: Horticulture -- Malta
Plants -- Malta
Trees -- Malta
Planting (Plant culture) -- Malta
Agriculture -- Malta
Planting time -- Malta
Gardening -- Malta -- Calendars
Gardening -- Handbooks, manuals, etc.
Sowing -- Malta -- Calendars
Planting -- Handbooks, manuals, etc.
Issue Date: 1997
Publisher: The Author
Citation: Caruana, P. A. (1997). Siġar u pjanti : kalendarju ta' żriegħ, taħwil u tagħrif ieħor li għandu jsir kull xahar (4th rev. ed.). Malta: the author.
Abstract: Għaddew ħdax-il sena mit-tielet ħarġa ta' dan il-ktieb. F'dan iż-żmien l-imħabba għas-Siġar u l-Pjanti kotrot b'mod li llum, min m'għandux roqgħa ħamrija fejn iħawwel xitla, qed jara fejn ser iqiegħed qsari jew ħwat biex ikollu x-xitel u l-pjanti fil-kmamar tad-dar. Ngħid għalija dan iqawwili qalbi u nieħu pjaċir li l-ħsieb ta' kull wieħed u waħda minna huwa mwaħħad f'moħħ kulhadd biex inkabbru u nżidu dejjem aktar is-siġar u l-pjanti fil-ġonna u d-djar tagħna. Iżda ħaġa li ngħid is-sew tnikkitni ħafna hi li tisma' lil xi wħud jgħidu li m'għandhomx xorti fit-tkabbir tax-xitel u l-pjanti. Iġibu elf skuża għaliex jaħsbu li l-pjanti għandhom ma jiġux 'il quddiem. Sa l-għajn tal-ġara teħel inkella li tal-ħanut ma jkunx tahom pjanti f'saħħithom. Iżda r-raġuni li dawk ix-xitel u l-pjanti ma jmorrux 'il quddiem u aktarx imutu, ma tkunx l-għajn jew xi ħaġa oħra li dak li jkun iwaħħal fiha. Ir-raġuni tabilhaqq tkun in-nuqqas ta' għarfien fit-tkabbir ta' dik ix-xitla jew pjanta li tkun. Ftit huma dawk li jafu ż-żmien sewwa ta' meta għandna nnisslu l-pjanti, meta u kif niżbru s-siġar tagħna, tisqija, sustanzi u dak kollu li jeħtieġ isir biex ikollna Siġar u Pjanti tabilhaqq f'saħħithom u ma jonqoshom xejn. Hawn min jaqbad ma' ktieb ingliż, taljan jew b 'xi lsien ieħor miktub għall-klima u l-qagħda ta' dak il-pajjiż barrani. Ma jarax jekk it-tagħrif li hemm miktub fil-ktieb jgħoddx għall-klima semi tropikali li għandna aħna. Jgħoddx għall-Gżira żgħira mdawra bil-baħar u maħkuma mir-raxx mielaħ tiegħu. Il-ħsieb ta' dan il-ktieb hu dak li dawk kollha delettant tas-Siġar u Pjanti, isibu t-tagħrif meħtieġ ta' kif u meta għandhom jiżirgħu, iħawlu, ibixxu u mitħaġa oħra li jeħtieġ inkunu nafu matul kull xahar fit-tkabbir tas-Siġar u l-Pjanti fil-Gżejjer maltin.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/92634
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCAgrPC

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Siġar_u_pjanti__kalendarju_ta__żriegħ_taħwil_u_tagħrif_ieħor_għal_kull_xahar.pdf
  Restricted Access
18.57 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.