Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/92762
Title: L-istejjer tar-Ronnie : eżerċizzi fil-komprensjoni
Authors: Friggieri, Joe
Keywords: Maltese literature -- Malta
Malta -- Literatures
Maltese fiction -- Malta
Children's literature, Maltese
Maltese literature -- Study and teaching -- Malta
Language and languages -- Study and teaching -- Malta
Teaching -- Aids and devices
Issue Date: 1994
Publisher: [s.n.]
Citation: Friggieri, J. (1994). L-istejjer tar-Ronnie : eżerċizzi fil-komprensjoni. Malta: (n.p).
Abstract: Għażiż għalliem, għażiża għalliema, Qabel xejn nirringrazzjak talli għażilt li taqra dan il-ktieb ma' l-istudenti tiegħek. L-ewwel għan tal-letteratura għandu jkun li l-qarrej jieħu gost biha. Dan jgħodd għall-kbar u forsi iżjed għat-tfal. Għax jekk it-tfal minn ċkunithom jitilgħu jħobbu l-kotba, jibqgħu jfittxuhom ħajjithom kollha; imma jekk minn ċkunithom jibdew jaħsbu li l-letteratura hija xi ħaġa ta' dwejjaq, li jridu jistudjawha bilfors jew kontra qalbhom, allura jsiru jobogħduha u jibqgħu bl-istess sentimenti sakemm imutu. Diffiċli tikkonvinċi lil xi ħadd jibda jaqra u jħobb il-kotba wara li joħroġ mill-iskola. Għalhekk importanti li l-lezzjoni tal-letteratura tkun qabel xejn esperjenza sabiħa għat-tfal u l-għalliema, attività li kulħadd jieħu gost biha. Nifhem, madankollu, li xi wħud minnkom se jkunu jridu jużaw dal-ktieb bħala bażi ta' eżerċizzi fil-komprensjoni. Għal dan il-għan, u wara li tkellimt ma' xi wħud minnkom, fassalt ftit mistoqsijiet li tistgħu tinqdew bihom fil-klassi. Inkludejt ukoll ma' kull storja suġġett marbut magħha li jista 'jingħata bħala komponiment jew iqanqal diskussjoni. Il-qari jista' jservi wkoll biex it-tfal jitgħallmu jiktbu aħjar. Għalhekk inkludejt mistoqsijiet li jistimulaw il-kreativita u l-immaġinazzjoni tat-tfal, u mhux biss jittestja jekk fehmux it-test. M'għandniex xi ngħidu, kull għalliem jaf aħjar minni x'għandu jgħallem. U għalhekk jista' jwarrab dawn il-mistoqsijiet u jagħmel oħrajn flokhom, jew iżid magħhom, kif jidhirlu l-aħjar. Ma nixbax nisħaq li l-għan ewlieni tal-letteratura fl-iskejjel hu li l-istudent jieħu gost b'dak li jkun qed jaqra u b'hekk, fl-istess ħin, isir iħobb il-kotba. Nittama li, bl-għajnuna tagħkom, dan il-ktieb jgħin imqar ftit biex dan iseħħ.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/92762
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCL&LMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
L_istejjer_tar_Ronnie_eżerċizzi_fil_komprensjoni.pdf
  Restricted Access
2.91 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.