Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/93055
Title: Titwila fil-miġbħa
Authors: Borg, Joseph
Keywords: Apiaries -- Malta
Beehives -- Malta
Bee culture -- Malta
Honeybee -- Malta
Honeycombs -- Malta
Beekeepers -- Malta
Beeswax -- Malta
Bees -- Malta
Bees -- Diseases -- Malta
Bee culture -- Queen rearing -- Malta
Issue Date: 1995
Publisher: Malta : Ministeru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd
Citation: Borg, J. (1995). Titwila fil-miġbħa. Malta: Ministeru għall-Ikel, Agrikoltura u Sajd.
Abstract: Madwar tletin sena ilu wieħed ġardinar ħabib tiegħi mill-Għargħur ħajjarni nżomm qolla bin-naħal fil-ġardin tiegħi li kelli mad-dar li kont għadni kif bnejt. Dak iż-żmien dari kienet f'xifer ir-raħal u għalhekk kienet mdawra b'għelieqi jħammru bis-silla. Kien l-ewwel staġun tiegħi u peress li ma kontx naf kif naqta' l-għasel, dan il-ħabib ġie u wrieni. Minkejja li għalaqna t-twieqi tad-dar xorta daħal ftit naħal magħna meta dħalna bix-xehed maqtugħ u mqiegħed f'borma vojta. Naħal idur mal-ġardin kollu! Xi ftit tax-xewk laqqatna wkoll. Poġġejna l-biċċiet tax-xehed bid-duqqajs b'kollox ġo filoxx nadif u sieħbi beda jagħsar u jissikka il-filoxx fuq vażett tal-ħġieġ b'għonqu wiesa'. Ma ninsa qatt il-gost li ħadt nara l-għasel lewn id-deheb iċarċar fil-vażett. Għaddew erba' snin u sibt ruħi l-Ingilterra fuq kors t'erba' snin biex nistudja l-ortikoltura dekorattiva fl-Istitut agrikolu ta' Essex u fil-ġnien botaniku ta' l-Università ta' Cambridge. Kien f'Essex li ltqajt ma Ted Hooper, meta flok ma qbadt xi sport għal fil-għaxija bħal m'hu logħob tal-ballun, iddeċidejt li nattendi kors ta' fil-għaxija fuq it-trobbija tan-naħal li Ted Hooper kien jorganizza. Niftakar b'nostalġija, kull meta kelli nibdel id-dar u nġorr, arani bil-kaxxa tan-naħal marbuta u magħluqa fuq il-vann. U dan kelli nagħmlu 4 darbiet. Kemm konna nidħqu! Kemm konna nieħdu gost meta aħna, bħala membri ta' l-Għaqda ta' dawk li jrabbu n-naħal f'Essex konna fis-sajf niltaqgħu bil-familji b'kollox biex naraw il-miġbħiet tal-membri u mbagħad nispiċċaw nieħdu t-te fuq il-ħaxix waqt li nitkellmu u t-tfal jilagħbu bejniethom! Kemm bdejt nara differenza bejn li żżomm in-naħal fil-kaxxi u minflok fil-qliel! It-trobbija tan-naħal baqgħet taffaxxinani u għalhekk barra li armajt bil-kaxxi meta ġejt lura Malta, bqajt ninteressa ruħi f'dan is-settur. Tant li waqt il-mawriet tiegħi fl-Ewropa u fl-Amerka fuq xogħol konness mas-siġar, kont ukoll nagħmel mezz li t-trobbija tan-naħal indaħħalha bħala suġġett ta' interess ukoll. Dan swieli mhux biss biex nitgħallem jien, iżda l-aktar biex dawk li jrabbu n-naħal f'pajjiżna jibbenefikaw ukoll. Bis-saħħa ta' dan l-impenn is-sena l-oħra ġie fostna l-espert Amerikan is-Sur Earl B. Lee biex jagħti sensiela ta' lezzjonijiet fuq 'in-naħal u biex ja'qsam magħna l-esperjenza tiegħu. Ma nistax ma nsemmix lill-kollega tiegħi s-Sur Arnold Grech li b'paċenzja kbira ġġwidani f'dan is-settur kif ukoll nagħtih ħajr talli għoġbu jeżamina l-kontenut tekniku ta' dan il-ktejjeb. Nixtieq nagħti ħajr ukoll lis-Sur J. Borg B.A. li ħa ħsieb il-qari tal-provi.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/93055
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCAgrAC

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Titwila_fil_migbħa.pdf
  Restricted Access
7.63 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.