Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/95040
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.contributor.authorButtigieg, Noel-
dc.date.accessioned2022-05-04T14:56:49Z-
dc.date.available2022-05-04T14:56:49Z-
dc.date.issued2012-
dc.identifier.citationButtigieg, N. (2012). Tfittxija ghall-Identita` Lokali fl-Imqabba. In C. Farrugia, (Ed.), Sicut Lilium: devozzjoni u ritwal tul is-sekli (pp. 237-259). Mqabba: Socjeta Muzikali Madonna tal-Gilju.en_GB
dc.identifier.isbn9789995701659-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/95040-
dc.description.abstractIr-raħal tal-Imqabba, imsejjaħ Terra Micabiba fid-dokumenti ta' żmien l-Ordni ta' San Ġwann, jara l-bidu tiegħu f'sura ta' raħal awtonomu b'mod uffiċjali lejn l-aħħar tas-seklu sittax. Qabel mal-Imqabba ssir parroċċa indipendenti, l-irħula ta' Ħal Farruġ, il-Gudja, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Ħal Safi, Ħal Tarxien u l-Imqabba kienu lkoll immexxija mill-parroċċa ta' Bir Miftuħ. Hekk kif Terra Micabiba tinfatam minn ma' Bir Mifuħ, jibda jitkattar sens aktar qawwi ta' assoċjazzjoni mar-raħal u miegħu jikbru dawk l-elementi li jesprimu identita lokali. L-istess beda jiġri fl-irħula tal-madwar tant li jibdew jissawru bosta ritwali u simboli li jgħinu sabiex jiddefinixxu r-rabta ta' bejn il-membri tal-komunita filwaqt li jenfasizzaw differenzi bejn raħal u ieħor. Dan l-istudju huwa bbażat fuq dan il-ħsieb. Jitratta kif fost komunita jsiru żviluppi li jwasslu sabiex jibdew jitfasslu dawk il-karatteristiċi li jsawru identita lokali. Bosta huma l-istudjużi li ppruvaw jiddefinixxu l-kunċett ta' identita lokali. Din tiddependi ħafna minn elementi suġġettivi li jistgħu jvarjaw minn persuna għall-oħra u minn żmien għall-ieħor. Barra minn hekk, jista' jagħti l-każ li dak li jifformula identita ta' komunita jista' jkun prodott ta' perċezzjoni popolari ta' nies barra mill-komunita nnifisha. Identita lokali tirrappreżenta xi ħaga ħajja, kontinwament tiranġa u tinnegozja sabiex tilħaq l-aspettattivi ta' bosta gruppi. Fuq il-livell tal-kollettiv, distinzjonijiet jiġu kkrejati, mġedda u mibdula.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.publisherSoċjeta` Mużikali Madonna tal-Ġiljuen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMqabba (Malta) -- History -- 20th centuryen_GB
dc.subjectMqabba (Malta) -- Social life and customsen_GB
dc.subjectLily, Our Lady of the -- Devotion -- Malta -- Mqabbaen_GB
dc.titleTfittxija għall-identita` lokali fl-Imqabbaen_GB
dc.title.alternativeSicut Lilium : devozzjoni u ritwal tul is-seklien_GB
dc.typebookParten_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holderen_GB
dc.description.reviewedpeer-revieweden_GB
Appears in Collections:Scholarly Works - FacEMATou

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Tfittxija_għall_identita_lokali_fl_Imqabba.PDF
  Restricted Access
4.67 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.