Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/95240
Title: Il-bilingwiżmu f'Malta
Authors: Briffa, Charles
Keywords: Bilingualism -- Malta
Multilingualism -- Malta
Language and languages
Maltese language -- Semantics
Linguistics -- Malta
Issue Date: 1994
Publisher: Valletta Publishing
Citation: Briffa, C. (1994). Il-bilingwiżmu f'Malta. Malta: Valletta Publishing.
Abstract: Li l-bniedem jakkwista b'tagħlim lingwa waħda hija karatteristika universali umana; li jitgħallem żewġ lingwi jew aktar hija kapaċità speċjali. Bilingwiżmu u multilingwiżmu huma termini relattivi għaliex it-taħdit ivarja skond il-profiċjenza milħuqa fil-lingwi involuti. X'nifhmu meta ngħidu bniedem bilingwali? Il-lingwisti jiddefenixxu l-bilingwiżmu minn diversi aspetti: minn aspett ta' oriġini - Ċerti pajjiżi tradizzjonalment jew storikament jinqdew b'żewġ lingwi u allura l-abitanti ta' dak il-pajjiż jitqiesu bilingwali. Pereżempju, il-ġipsis tal-Finlandja jitkellmu bis-Sami (l-ilsien etniku taghhom) imma jridu bilfors jitgħallmu l-Finlandiż (il-lingwa ta' l-edukazzjoni u tas-soċjetà tagħhom). Minoritajiet lingwistiċi u kulturali oħra jinsabu wkoll (fost oħrajn) fin-Norveġja u fl-Iżvezja, u nsibu element qawwi ta' bilingwiżmu fil-Provinċja ta' Quebec, il-Kanada, fejn kemm l-Ingliż u kemm il-Franċiż qegħdin jintużaw, u f'partijiet ta' Wales, fejn jinqdew bil-Welsh u bl-Ingliż. Hemm spjegazzjonijiet storiċi fil-każ taċ-Ċekoslovakkja fejn insibu ċ-ċekk u s-Slovakk, fil-każ ta' l-Iżvizzera fejn insibu l-Ġermaniż, il-Franċiż, it-Taljan, u r-Rumanz, fl-ex-Jugoslavja fejn insibu s-Serbjan, il-Kroazjan, u s-Slovenjan, u fis-Sud Afrika fejn hemm l-Afrikaan u l-Ingliż. [silta]
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/95240
ISBN: 9990958084
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCL&LMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_bilingwiżmu_f_Malta.pdf
  Restricted Access
3.17 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.