Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/95343
Title: Is-santwarju Tal-Ħlas, Ħal-Qormi
Authors: Camilleri, Joseph
Spiteri, Joseph
Keywords: Sanctuary of Our Lady of Childbirth, tal-Ħlas (Qormi, Malta)
Catholic church buildings -- Malta -- Qormi -- History
Mary, Blessed Virgin, Saint -- Devotion to -- Malta
Christian art and symbolism -- Malta
Religious architecture -- Designs and plans
Religious architecture -- Malta
Religious art -- Malta -- Qormi
Issue Date: 2005
Publisher: L-awturi
Citation: Camilleri, J., & Spiteri, J. (2005). Is-santwarju Tal-Ħlas, Ħal-Qormi. Malta: l-awturi.
Abstract: s-Santwarju tal-Madonna Mtella' s-Sema li jinsab fil-limiti tal-Ħlas ilu sa mill-eqdem żminijiet jiġbed nies għal warajh minn kull aspett tal-ħajja. Dan is-Santwarju jiġbdek għax għalkemm sempliċi u jinsab f'post imwarrab, għandu dik ix-xi ħaġa li ġġiegħelek tersaq lejh, tammirah u ssir tħobbu. Hekk ġara tul dawn l-aħħar tlett mitt sena u kien, għadu u jibqa' dak is-santwarju popolari ħafna mal-poplu Malti kollu. Dan il-knisja ġibdet lejha saħansitra lill-kapijiet tal-knisja, tant li Mons. Dużina, fiż-żjara li hu kien għamel fil-bidu ta' Frar tas-sena 1575, irrimarka li din il-knisja hija sabiħa u tiġbdek lejha. Minn dak iż-żmien sa llum għaddew kważi 'l fuq minn erba' mija u tletin sena u kienu eluf il-Maltin devoti tal-Madonna li żaruha. Lilna l-awturi ta' dan il-ktieb ġralna l-istess. Filwaqt li jiena nogħqod tefa' ta' ġebla l-bogħod u sieħbi jogħqod in-Naxxar, kull meta żorna dan il-maqdes biex nagħmlu xi ħaġa donnu kienet l-istess Madonna li ġibditna lejha u qanqlitna sabiex infittxu nlestu dan il-ktieb. F'dan il-ktieb mhux ser niffokaw wisq fuq l-istorja iżda ħdimna ħafna fuq aspetti li għalkemm narawhom, ftit nagħtu kashom. Meta pero jinqraw, dawn l-aspetti jieħdu xejra interessanti ħafna. Dan il-ktieb aktar huwa bbażat fuq is-Santwarju u l-bini ta' madwaru. Ħaġa oħra li ma rridux ninsew insemmu huwa l-mod kif ser niffinanzjaw dan ix-xogħol. Dan ix-xogħol ser ikun sponsorjat mill-providenza divina, jiġifieri ser jitħallas minn individwu u l-qligħ ser imur għal opri oħra f'din il-knisja stess. Donnu l-Madonna tridu dan ix-xogħol u jekk hi tridu aħna ser nagħmlu ħilitna sabiex inlestuh.
Description: Disinji Arkitettoniċi ta' Joseph Spiteri.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/95343
ISBN: 999320384X
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCFAArc

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Is_santwarju_tal_Ħlas_Ħal_Qormi.pdf
  Restricted Access
10.47 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.