Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/95683
Title: Studju u analiżi tal-letteratura Maltija għat-tagħlim tal-Malti fl-ewwel snin tas-sekondarja
Authors: Muscat, David (1995)
Dingli, Abijel (1995)
Keywords: Maltese literature -- Study and teaching (Secondary) -- Malta
Education, Secondary -- Curricula -- Malta
Chetcuti, Ġużè, 1914-2006. Fra Martin u novelli oħra -- Criticism and interpretation
Issue Date: 1995
Citation: Muscat, D., & Dingli, A. (1995). Studju u analiżi tal-letteratura Maltija għat-tagħlim tal-Malti fl-ewwel snin tas-sekondarja (P.G.C.E. dissertation).
Abstract: L-għan ta' dan l-istudju fuq il-letteratura fit-tagħlim tal-Malti kien Ii naraw jekk il-letteratura fi żminijietna ghadhiex relevanti u siewja jew le. Għal xi whud, forsi din il-mistoqsija hija banali, imma meta wiehed iqis il-kompetizzjoni ħarxa Ii l-letteratura qed ikollha tiffaċċja mal-mezzi l-oħra tal-mass media, il-mistoqsija tieħu dimensjoni oħra u jagħmel sens Ii tinvestigaha. Fit-tieni taqsima wara Ii rajna d-diffikultajiet Ii qed tħabbat magħhom il-letteratura, investigajna l-għala għandna ngħallmu l-letteratura, wara kollox u hawn sibna Ii hemm għadd mhux ħażin ta' ragunijiet il-ghala il-letteratura ghandha tinghata importanza, fi ftit kliem, għax tgħin qatigħ fl-iżvilupp intellettwali, soċjali u emozzjonali ta' kull persuna. Ladarba stabbilixxejna l-għanijiet tal-letteratura fittixna Ii naraw ukoll x'qed nifhmu b'letteratura għat-tfal ghax f’dan il-qasam mhux kulhadd jifhem l-istess b'dan it-terminu. Mill-istħarriġ Ii għamilna wasalna għall-konklużjoni Ii l-letteratura hija omoġenja fl-ispirtu minkejja l-aspetti u l-forom differenti tagħha. M'hemmx letteratura għat-tfal, għall-adolexxenti jew għall-kbar imma biss kotba għal etajiet, kulturi u popli differenti. Fir-raba' taqsima mit-teorija għaddejna għall-prattika u filwaqt li rajna xi kriterji għandhom jintużaw fl-għażla tal-kotba, indagajna fuq ktieb partikolari "Fra Martin u Novelli Oħra", f'kuntest speċifiku (l-iskola sekondarja tal-bniet tar-Rabat). Il-metodu Ii użajna għal xi wħud forsi mhux oġġettiv imma lilna swielna mitqlu deheb għax billi fl-istudju tagħna għamilna kontinwament referenza diretta għat-tiġrib ta' l-istudenti, stajna nifhmu aħjar il-ħtiġijiet u l-interessi tagħhom. L-aħħar taqsima tħares lejn aspetti fundamentali fit-tagħlim tal-letteratura, fi kliem iehor l-għalliem u l-ambjent Ii joħloq fil-klassi. Ma kinetx l-intenzjoni tagħna Ii nidħlu fuq dawn l-aspetti, izda billi kien fattur determinanti fl-istħarriġ li għamilna, kif wieħed jista' jara mill-graffijiet u t-tabelli, iddeċidejna Ii nagħtuhom l-attenzjoni Ii tixirqilhom. Fl-aħħarnett nisperaw Ii dan ix-xogħol iservi biex jgħin fl-iżvilupp ta' sistema ta' tagħlim fejn il-punt tat-tluq u l-miri kollha jkunu msejsa fuq il-figura ċentrali tat-tagħlim kollu - fi kliem ieħor l-istudent.
Description: P.G.C.E.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/95683
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 1953-2007

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
P.G.C.E_Muscat_David_Dingli_Abijel_1995.PDF
  Restricted Access
4.97 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.