Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/96253
Title: Fehmiet il-kontributuri : Lydia Sciriha
Authors: Sciriha, Lydia
Keywords: Bilingualism -- Malta
Language and languages -- Study and teaching -- Malta
Issue Date: 2009
Publisher: Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u L-Ministeru tal-Edukazzjoni
Citation: Sciriha, L. (2009). Fehmiet il-kontributuri : Lydia Sciriha. In R. Fenech, D. Agius Muscat, M. Mifsud, T. Pace & O. Vella (Eds.), Il-Bilingwiżmu fl-Edukazzjoni ta’ Pajjiżna X’inhu l-aħjar għal uliedna? (pp. 94-95). Malta: Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u L-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Abstract: Din il-pubblikazzjoni tiġbor fiha l-fehmiet ta’ 28 ruħ fuq l-użu tal-Malti u tal-Ingliż fis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna. L-awturi tagħhom kienu ntalbu mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti jagħtu fehmiethom biex ikunu ta’ għajnuna fid-diskussjoni. It-tweġiba mħeġġa għal din is-sejħa kif ukoll il-varjetà u l-validità ta’ ħafna mill-argumenti ħajru lill-Kunsill jippubblikahom f’din il-ġabra. Madanakollu, il-Kunsill jixtieq jagħmilha ċara li l-fehmiet imfissra f’din il-ġabra huma biss tal-awturi tagħhom u bl-ebda mod ma għandhom jitqiesu bħala l-fehma uffiċjali tal-Kunsill. Il-Kunsill tal-Malti jemmen li – għalkemm l-istatus bilingwi ta’ pajjiżna huwa rikonoxxut u mniżżel fil-Kostituzzjoni – għad baqgħalna triq twila ta’ diskussjoni qabel ma nibdew nagħtu tweġibiet ċari u konsistenti għall-ħafna mistoqsijiet dwar il-politika lingwistika li jaqgħu fi triqitna. Filwaqt li jifraħ li qiegħed jagħti sehmu biex tinbeda din id-diskussjoni hekk meħtieġa, il-Kunsill jixtieq juri l-apprezzament tiegħu għall-kontribut ta’ kull min perreċ fehemtu u b’hekk għen biex id-diskussjoni tkun iktar mifruxa u t-tweġibiet iktar maturi. Il-pubblikazzjoni ta’ din il-ġabra hija messaġġ ċar mill-Kunsill lil kull min jgħożż il-ġid lingwistiku ta’ artna li f’dan id-dibattitu l-fehma ta’ kull wieħed minna tiswa. Il-Kunsill tal-Malti jistieden lil kulħadd, edukaturi, ġurnalisti, opinjonisti, imma l-aktar lill-ġenituri u l-ulied infushom, biex ikomplu jissieħbu f’din id-diskussjoni ħielsa biex il-futur lingwistiku ta’ pajjiżna jkun iktar ċar u r-riżultati tal-edukazzjoni ta’ wliedna iktar effettivi u dejjiema.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/96253
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtEng

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Fehmiet_il-kontributuri_Lydia_Sciriha_2009.pdf90.68 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.