Sors: Net News
<<Ċess: Jack Mizzi rebbieħ tal-Junior Chess Championships
Iż-żagħżugħ ta’ sittax-il sena Jack Mizzi rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali taċ-Ċess tal-Juniors għat-tieni sena konsekuttiva. Mizzi rebaħ l-aħħar żewġ logħbiet tiegħu kontra Andrei Dobbin u Leonardo Nils Kang Di Benedetto u b’hekk assigura t-titlu. Mizzi issa huwa eliġibbli li jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonati Ewropej u Dinjija tal-Juniors, li ser isiru barra minn xtutna din is-sena.>>