Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Ottubru 2024 iltqajna fis-Sala 247 flimkien ma’ żewġ rappreżentanti ta’ kull partit. Il-moderatriċi kienet studenta tat-tieni sena.
Ġew ippreżentati sett ta’ mistoqsijiet lilll-kontestanti kollha u kull wieħed u waħda minnhom wieġbu billi saħqu fuq il-viżjoni tagħhom fil-konfront tal-Kulleġġ.
Kien hemm udjenza ta’ studenti u kellhom iċ-ċans illi jsaqsu l-mistoqsijiet ukoll. Uħud minnhom sfidaw ukoll il-viżjonijiet tal-kontestanti.
Kollox ma’ kollox kienet sessjoni tajba fejn ħareġ il-potenzjal ta’ wħud mill-kontestanti bħala kelliema żgħażagħ li għandhom il-ħila jipproġettaw u jleħħnu l-ħsibijiet tagħhom.
Waqt id-dibattitu ġiet imħeġġa atmosfera pożittiva u kostruttiva fejn ħadd ma ħassu intimidat.