[EN]
Il-ħaddiema amministrattivi, tekniċi u industrjali tal-Università ta’ Malta se jkomplu jgawdu minn kundizzjonijiet aħjar ta’ xogħol, partikolarment żieda fis-salarji u titjib fl-istrutturi tal-gradi. Dan il-ftehim ikopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 sal-aħħar ta’ Diċembru 2021.

Dan il-Ftehim Kollettiv kien iffirmat fl-20.03.2018 mir-Rettur tal-Università, il-Prof. Alfred Vella, u mid-Direttur UHM Voice of the Workers, Jesmond Bonello, u rappreżentanti tal-ħaddiema fl-Università.
Il-Ftehim Kollettiv żgur se jservi ta’ strument utli sabiex l-Università tkompli miexja ’l quddiem.
Bis-saħħa ta’ dan il-Ftehim se jkun hemm ukoll titjib sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema, fosthom:
- titjib fl-arranġamenti ta’ xogħol flessibbli
- titjib fis-sistema ġdida ta’ teleworking
- il-fondi allokati għall-work resources tal-ħaddiema se jkomplu jiżdiedu minn €185,000 għal €240,000 sal-2021
- il-ħaddiema kollha ser jieħdu żieda fis-salarju kull sena bejn l-2017 u l-2021. Iż-żieda medja se tkun ta’ 2.5% fis-sena u sal-2021 is-salarji jkunu żdiedu b‘total ta’ 13.1%
- revizjoni fl-allowances skont il-kwalifiki tal-impjegati.
In-negozjati li wasslu għal dan il-Ftehim saru bejn uffiċali mill-Università, mill-Industrial Relations Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol, u uffiċjali u rappreżentanti mill-UHM Voice of the Workers.