[EN]
Il-Politika, il-moralità, l-etika, l-isbuħija, il-kreattività - kollha huma partijiet essenzjali minn dak li jagħmilna bnedmin. Huma għandhom ukoll mezz komuni ta’ trasmissjoni – l-arti.
Il-Politika, il-moralità, l-etika, l-isbuħija, il-kreattività - kollha huma partijiet essenzjali minn dak li jagħmilna bnedmin. Huma għandhom ukoll mezz komuni ta’ trasmissjoni – l-arti.
Din il-ħarġa ta’ THINK tagħti ħarsa mill-qrib lejn l-arti f’Malta, u ttina ħarsa fil-fond lejn l-umanità tagħna. Mill-kuntest storiku għal dak kontemporanju, l-arti Maltija kienet dejjem influwenzata minn forzi dinjija. Frank Portelli u Esprit Barthet adottaw l-estetika kubista. Ix-xogħol taċ-ċeramika ta’ Gabriel Caruana ttrasforma x-xena tal-arti Maltija. Iżda, issostni Nikki Petroni, il-kontestwalizzazzjoni tax-xogħol tagħhom f’ambjent internazzjonali hija essenzjali biex verament napprezzaw u nifhmu l-wirt tagħna.
Permezz tal-arti din il-ħarġa tikkontesta wkoll it-tendenza umana tagħna li naħsbu f’dikotomiji. Il-Prof. Vince Briffa jiddiskuti kif huwa jittraduċi dan il-fenomenu f’installazzjonijiet ta’ konfrontazzjoni. F’intervista mal-artist Aaron Bezzina huwa jiżvela kif bdiet il-mixja tiegħu biex joħloq skulturi li jqanqlu interess minn materjal misjub.
Iżda l-arti mhijiex biss limitata għall-midja tradizzjonali. Il-comics u l-film li sa mhux ħafna żmien ilu ma kellhomx stima bħala forom ta’ arti, illum il-ġurnata qed jingħataw dehra oħra fil-qasam akkademiku. Il-Prof. Gloria Lauri-Lucente u Dr Fabrizio Foni jiddiskutu l-arti tal-adattament u juruna perspettivi ġodda.
Fl-aħħar nett, Charlotte Stafrace tgħidilna kif qiegħda tipprova tnaqass id-distakk bejn iż-żgħar u l-kbar, bl-għoti ta’ lezzjonijiet permezz tal-arti u r-rakkontar tal-istejjer. L-Età Attiva – Djalogu bejn il-Ġenerazzjonijiet (Active Age – Intergenerational Dialogue) enfasizzat l-affarijiet li għandna lkoll, irrespettivament mill-età, ġeneru, jew razza.
Minbarra dan, it-23 ħarġa tar-rivista THINK fiha abbundanza ta’ riċerka oħra fil-paġni tagħha. Nitkellmu dwar karozzi li jimxu weħedhom, is-cybersecurity, u nindagaw kif Malta timmaniġġja l-iskart tagħha, jew le. Involvu ruħkom. Iġbru l-kopja tagħkom.
THINK, ir-rivista ta’ riċerka tal-Università ta’ Malta tinsab b’xejn mill-Kampus tal-Imsida jew mal-gazzetta MaltaToday m’għand il-librara madwar Malta u Għawdex. Tinsab ukoll onlajn fuq: www.um.edu.mt/think fuq Issuu, jew tagħmlu like fuq Facebook.
THINK Ħarġa Numru 23
L-arti lokali u internazzjonali, l-impatt taż-żfin, u l-qawwa tar-rakkontar