[EN]
L-Università ta’ Malta bħalissa qed tilqa’ applikazzjonijiet għal korsijiet qosra fil-Programm għall-Arti u x-Xjenzi Liberali (PLAS) bejn Ottubru 2018 u January 2019.
L-Università ta’ Malta bħalissa qed tilqa’ applikazzjonijiet għal korsijiet qosra fil-Programm għall-Arti u x-Xjenzi Liberali (PLAS) bejn Ottubru 2018 u January 2019.
Dan il-Programm jagħti l-opportunità lil studenti prospettivi biex jistudjaw b’mod flessibbli u bil-pass tagħhom billi jirreġistraw għal kemm-il kors qasir (taqsima) jixtiequ. Kull taqsima tikkonsisti f’madwar 28 siegħa ta’ lezzjonijiet li normalment isiru bejn is-6pm u t-8pm, mifruxin fuq 14-il ġimgħa.
Il-korsijiet qosra offruti fis-semestru li ġej jinkludu suġġetti bħall-Arkeoloġija Maltija, Ġografija, Liġi, Dante, Psikoloġija, l-Istorja tal-Arti, l-Opra Russa, u t-Teknoloġija tal-Blokchain. Qed jiġu offruti wkoll numru ta’ PLAS Tech Unit speċjalizzati fil-qasam tal-ICT, bħall-Java, 3D Modeling, u Smart Contract Programming.
Persuni li jixtiequ li jistudjaw l-Università għall-ewwel darba kif ukoll gradwati li qed ifittxu opportunitajiet ta’ żvilupp personali u professjonali jistgħu japplikaw għall-PLAS. Tagħrif dwar korsijiet qosra individwali u miżati jinsabu fuq is-sit taċ-Ċentru għall-Arti u x-Xjenzi Liberali.
L-applikazzjonijiet online jagħlqu nhar it-Tnejn 10 ta’ Settembru 2018.