[EN]
L-Università ta’ Malta u l-Arkivji Notarili dan l-aħħar laħqu ftehim ta’ kollaborazzjoni biex iwettqu numru ta’ inizjattivi. L-Arkivji Notarili għamlu għotja ta’ fondi ta’ ’l fuq minn €445,000 u se jkunu qed jaħdmu mill-viċin mal-Fakultà tal-Arti (Faculty of Arts) u mal-Fakultà tal-ICT (Faculty of ICT).
L-Università ta’ Malta u l-Arkivji Notarili dan l-aħħar laħqu ftehim ta’ kollaborazzjoni biex iwettqu numru ta’ inizjattivi. L-Arkivji Notarili għamlu għotja ta’ fondi ta’ ’l fuq minn €445,000 u se jkunu qed jaħdmu mill-viċin mal-Fakultà tal-Arti (Faculty of Arts) u mal-Fakultà tal-ICT (Faculty of ICT).
Fl-għexur ta’ snin li għaddew, ir-riċerka fl-Arkivji Notarili pprovdiet informazzjoni imprezzabbli dwar l-istorja ta’ Malta u l-volumi maħżuna huma meqjusa fost is-sorsi arkivjali l-aktar sinifikattivi fuq il-gżira. Hemm numru ta’ oqsma ta’ riċerka speċifiċi li huma ta’ interess speċjali u li dwarhom diġà nġabret dejta minn studenti u riċerkaturi. Id-Dipartiment tal-Arti u tal-Istorja tal-Arti ser ikun qed jibni fuq din id-dejta billi tinħoloq database li tenfasizza r-riċerka arkivjali u l-istudju formali ta’ xogħlijiet tal-arti.
Id-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali tal-Università ta’ Malta ser ikun qed jimmaniġġja tliet proġetti differenti. Wieħed minnhom huwa l-ħolqien ta’ għodda ta’ riċerka msejħa 'NotaryPedia' li ser tiffaċilita t-tiftix fuq l-arkivju diġitali permezz tal-użu ta’ rappreżentazzjonijiet ibbażati fuq il-grafika. Id-Dipartiment ser jiżviluppa wkoll katalogu online għall-proġetti differenti ta’ riċerka li jużaw dejta mill-Arkivji Notarili.
Id-Dipartiment tax-Xjenza tal-Kompjuter ser ikun qed jivvaluta simulazzjonijiet ta’ kondizzjonijiet differenti għall-preservazzjoni effettiva ta’ manuskritti fl-Arkivji Notarili. Id-Dipartiment ser ikollu wkoll il-kompitu li jagħti l-ħajja lill-istorja permezz ta’ esperjenza ta’ realtà mħallta maħluqa apposta biex twassal perspettiva interattiva ta’ numru ta’ avvenimenti storiċi lokali.
Il-proġetti mistennija jitlestew sal-2021. Fil-ġimgħat li ġejjin l-Università ta’ Malta se toħroġ numru ta’ sejħiet għal Research Support Officers għal dawn il-proġetti.
ritratt: Clifton Fenech DOI