[EN]
L-Istitut għat-Turiżmu, Vjaġġar u Kultura fl-Università ta’ Malta qiegħed joffri programm ta’ studji ġdid mfassal għal dawk kollha li jaħdmu fis-settur tat-Turiżmu f’Għawdex. Dan il-programm se jkun wieħed innovattiv fl-għamla tiegħu hekk kif se jkun qiegħed jingħata bil-Malti u l-applikanti mhux se jintalbu jkollhom ir-rekwiżiti mitlubin mir-Regolamenti għad-dħul fl-Università ta' Malta
L-Istitut għat-Turiżmu, Vjaġġar u Kultura fl-Università ta’ Malta qiegħed joffri programm ta’ studji ġdid mfassal għal dawk kollha li jaħdmu fis-settur tat-Turiżmu f’Għawdex. Dan il-programm se jkun wieħed innovattiv fl-għamla tiegħu hekk kif se jkun qiegħed jingħata bil-Malti u l-applikanti mhux se jintalbu jkollhom ir-rekwiżiti mitlubin mir-Regolamenti għad-dħul fl-Università ta' Malta
L-għan hu li jintroduċi ’l-parteċipanti għall-kunċetti tat-turiżmu, l-ospitalità, il-vaganzi, u kif dawn huma influwenzati mill-fatturi marbuta mal-gżejjer u maċ-ċokon territorjali. Dan ikun ta’ benefiċċju kbir għas-settur turistiku Għawdxi fil-proċess ta’ identifikazzjoni ta’ kif Għawdex jista’ jsir destinazzjoni turistika ta’ għażla.
Dawn iż-żewġ unitajiet ta’ studju se joffru għajnuna siewja lil min jaħdem fl-industrija tat-turiżmu, b’ideat u diskussjonijiet prattiċi imma kritiċi, imnebbħa wkoll minn esperjenzi internazzjonali relevanti.
L-unitajiet ġew maħsuba u mfassla biex joffru firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet lill-parteċipanti biex jiddiskutu u jħarsu lejn Għawdex b’mod ġdid; ikabbru t-tagħrif u l-għarfien tal-operaturi turistiċi tal-gżira u b’hekk il-parteċipanti jkunu jistgħu jżidu l-valur ta’ dak li jagħmlu. Il-kors se joffri wkoll ambjent adattat biex kwistjonijiet u aspetti li jqanqlu tħassib dwar turiżmu sostenibbli f’Għawdex ikunu jistgħu jiġu diskussa u mistħarrġa.
Dan il-kors se jingħata fil-Kampus tal-Università ta’ Malta fix-Xewkija u se jkun offrut mill-Istitut għat-Turiżmu, Vjaġġar u Kultura bis-sehem ta’ għadd ta’ entitajiet. Il-Ministeru għal Għawdex se jkun qiegħed jisponsorja l-ewwel kors biex b’hekk dan ikun jista’ jiġi offrut mingħajr ħlas lill-ewwel 60 parteċipant. Il-kors għandu wkoll l-appoġġ tal-Gozo Tourism Association.
Dan il-kors, bl-isem ta’ It-Turiżmu f’Għawdex, jikkonsisti minn 56 siegħa ta’ lezzjonijiet mifruxa fuq 14-il ġimgħa. L-programm hu maqsum f’żewġ unitajiet ta’ studju ta’ 4 kredti kull waħda: unità bl-isem ta’ It-Turiżmu u Għawdex u l-oħra L-Esperjenza ‘Għawdex’. Il-lezzjonijiet se jinżammu kull nhar ta’ Tnejn filgħaxija, mis-6:00 sat-8:00, u kull nhar ta’ Tlieta filgħodu, mit-8:00 sal-10:00; f’ħinijiet tradizzjonalment aktar kwieti għall-qasam turistiku.
Il-lezzjonijiet se jkunu bil-Malti imma se jiġu assessjati bl-Ingliż. Il-parteċipanti li jattendu mill-anqas għal 75% tal-lezzjonijiet u li jagħżlu li ma joqogħdux għall-assessjar, se jingħataw ċertifikat ta’ attendenza.
Għal aktar dettalji kkunttatja L-Istitut għat-Turiżmu, Vjaġġar u Kultura, FEMA Annex B, L-Università ta’ Malta
l-Imsida jew ċempel fuq in-numri +356 2340 3748/3728
Sibna fuq Facebook: www.facebook.com/um.tourism