[EN]
Huwa minnu li l-kompjuters kontemporanji jista’ jkun li qed jagħmlu affarijiet tal-għaġeb għalina iżda l-verità hi li għadhom ’il bogħod milli jsibu soluzzjoni għal bosta problemi. Problemi li huma matematikament diffiċli bħall-aħjar skedar taż-żmien u l-ispazju, u l-immudellar b’mod preċiż ta’ sistemi kumplessi bħat-temp jew il-Borża għadhom mhumiex possibbli bil-kapaċità tal-kompjuters li għandna bħalissa għad-dispożizzjoni tagħna.
Madankollu, jekk it-teknoloġija ġdida tal-quantum computing issir aktar vijabbli b’mod prattiku, il-kapaċità tal-kompjuters tiżdied b’mod drammatiku u jkunu jistgħu jissolvew problemi li s’issa ma setgħux jissolvew f’ħin raġonevoli! Din hija aħbar tajba ħafna għal dawk il-problemi li jeħtieġu soluzzjoni.
L-aspett negattiv huwa li s-sigurtà tal-internet hija bbażata fuq l-ipoteżi li ċerti problemi (bħal ngħidu aħna t-tfittix ta’ fatturi ta’ numri kbar) jibqgħu mhux prattiċi biex jissolvew b’mod effiċjenti. Bil-quantum computing dan jista’ jinbidel u dak li qabel kien ikkunsidrat sikur jista’ jkun li ma jibqax hekk.
Huwa f’dan il-kuntest li Dr Christian Colombo, xjenzjat Malti tal-kompjuter mill-Università ta’ Malta, ingħaqad mal-Prof Otokar Grošek mill-Università Slovakka tat-Teknoloġija, ma’ Dr Rainer Steinwandt mill-Florida Atlantic University, u ma’ Dr María Isabel González Vasco mill-Universidad Rey Juan Carlos, biex jaħdmu fuq proġett iffinanzjat min-NATO: Secure Communication in the Quantum Era.
Il-proġett se jkollu l-għan li jiżviluppa protokolli ta’ sigurtà konkreti u effiċjenti li jistgħu jħarsu s-sigurtà tal-internet jekk il-quantum computing fuq skala kbira ssir realtà. Dawn il-protokolli mbagħad jiġu implimentati b’mod sikur fuq target platforms differenti u protetti minn attakki potenzjali bl-użu ta’ tekniki ta’ runtime verification.

L-ewwel laqgħa saret f’Malta bejn id-29 ta’ Settembru u t-3 ta’ Ottubru.