EN
Il-ftuħ uffiċċjali tat-8 edizzjoni tal-wirja ‘Ix-Xjenza fil-Kamra’ (Science in the House) sar mid-Deputat Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati l-Onor Claudette Buttigieg fil-Bini tal-Parlament, il-Belt Valletta. L-avveniment jiċċelebra l-kisbiet fir-riċerka li saru f’Malta mix-xjenzati, l-akkademiċi u l-inġiniera.
Il-ftuħ uffiċċjali tat-8 edizzjoni tal-wirja ‘Ix-Xjenza fil-Kamra’ (Science in the House) sar mid-Deputat Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati l-Onor Claudette Buttigieg fil-Bini tal-Parlament, il-Belt Valletta. L-avveniment jiċċelebra l-kisbiet fir-riċerka li saru f’Malta mix-xjenzati, l-akkademiċi u l-inġiniera.
Il-Professur Saviour Zammit, Pro-Rettur għar-riċerka u l-innovazzjoni, introduċa l-erba’ riċerkaturi, li dan l-aħħar irċevew il-University Research Grant Awards. Il-proposti tagħhom għar-riċerka li kienu ppremjati b’finanzjament ikopru suġġetti differenti: Dr David Zammit kien ppremjat fil-kategorija tal-Arti, l-Istudji Umanistiċi u x-Xjenzi Soċjali; Dr Jason Gauci fil-kategorija tal-Inġinerija / ICT, il-Professur Joseph Borg fil-kategorija tax-Xjenzi tal-Ħajja, filwaqt li Dr Jackson Said fil-kategorija tax-Xjenzi Naturali.
‘Ix-Xjenza fil-Kamra’ hi attività ewlenija tal-festival annwali li tressaq flimkien ix-xjentisti u l-Membri Parlamentari taħt saqaf wieħed. Isservi kemm ta’ forum għall-midja u għan-netwerking kif ukoll tesponi 16-il proġett ta’ riċerka xjentifika mill-Università ta’ Malta u l-MCAST. Għall-ewwel darba l-wirja se turi teknoloġija ta’ realta’ virtwali.
Fost is-suġġetti tax-xjenza hemm il-quantum computing u telekomunikazzjoni, il-konservazzjoni tal-ħut tal-baħar, disinn ta’ mediċina mgħejjuna mill-kompjuter, il-ġenetika tal-osteoporożi, ittestjar tal-ikel ta’ prodotti magħmula bil-ħalib f’diversi xenarji ta’ temperatura, teknoloġiji li jtejbu ritratti bis-satellita, metodi innovattivi għall-iskoperta tal-kanċer fid-demm, mediċina ġdida għal disturbi fid-demm, teknoloġija dijanjostika ta’ lab-on-a-molecule u ħafna aktar.
‘Ix-Xjenza fil-Kamra’ hi miftuħa għada l-Ġimgħa 27 ta’ Settembru mis-6pm ‘l quddiem u nhar is-Sibt 5 ta' Ottubru, jiġifieri waqt Notte Bianca.
L-avveniment jinawgura ‘Ix-Xjenza fil-Belt’ li ssir għada l-Ġimgħa (27 ta' Settembru) mis-6.00pm sa nofsillejl fil-belt Valletta. Din is-sena l-programm tal-festival jiffoka fuq it-tema: ‘Ix-Xjenza hi INT’.
‘Ix-Xjenza fil-Belt’ hi parti miċ-ċelebrazzjoni madwar l-UE kollha. Il-Lejla tar-Riċerkaturi Ewropej hi ffinanzjata mill-Marie Skłodowska-Curie Actions tal-Programm Horizon 2020 tal-UE, u minn numru ta’ sponsers korporattivi. Dan il-festival hu rrikonoxxut mill-Europe for Festivals and Festivals for Europe (EFFE).
Il-Konsorzju hu mmexxi mill-Università ta’ Malta, il-Kamra tax-Xjentisti ta’ Malta u mill-Fond ta’ Riċerka tal-Università (RIDT), bi sħubija mas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u Impjiegi, MCAST, Esplora, JUGS Ltd, Studio 7, BPC International, GSD Marketing Ltd, Aquabiotech Ltd, MEUSAC, PBS, Spazju Kreattiv, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, il-Kunsill Malti għall-Organizzazzjonijiet Volontarji, Small Initiatives Support Scheme, More or Less Theatre, Transport Malta, Kreattiv u Creative Community tal-Kunsill Malti tal-Arti.
Il-programm jinsab fuq www.scienceinthecity.org.mt u għal aġġornamenti regolari tista’ ssegwi l-festival on Facebook.