EN
Fis-27 ta’ Settembru li ġej, kollox fil-festival ‘Ix-Xjenza fil-Belt’ se jkun DWAREK. Għadd ta’ avvenimenti interessanti huma ddisinjati biex juru kif ix-xjenza tħalli impatt fuq l-individwi, kemm jekk huma adulti, tfal jew żagħżagħ. Bejn is-6 ta' filgħaxija u nofsillejl, il-pjazez ewlenin tal-Belt Valletta se jkunu mimlija b’attivitajiet affaxxinanti, sbieħ, u għalkemm x’uħud minnhom għall-ewwel jistgħu jidhru kemmxejn mhux tas-soltu.
Fis-27 ta’ Settembru li ġej, kollox fil-festival ‘Ix-Xjenza fil-Belt’ se jkun DWAREK. Għadd ta’ avvenimenti interessanti huma ddisinjati biex juru kif ix-xjenza tħalli impatt fuq l-individwi, kemm jekk huma adulti, tfal jew żagħżagħ. Bejn is-6 ta' filgħaxija u nofsillejl, il-pjazez ewlenin tal-Belt Valletta se jkunu mimlija b’attivitajiet affaxxinanti, sbieħ, u għalkemm x’uħud minnhom għall-ewwel jistgħu jidhru kemmxejn mhux tas-soltu.
F'żona diġitali Power it up se jkollok l-opportunità li tidħol f'realtà virtwali, li permezz tal-headsets VR jiftħu l-bieb għal dinja li fiha kollox hu possibbli. Tista’ anki tipprova l-ħiliet virtwali ġodda bħall-mużika jew l-arti biex tara eżattament xi jfissru. L-Istitut tal-Logħob Diġitali fl-Università ta’ Malta se jlaqqa’ flimkien firxa sħiħa ta’ attivitajiet futuristiċi, relatati ma’ suġġetti li jkopru mill-intelliġenza artifiċjali sal-filosofija. Għal dawk li jħobbu l-karozzi tat-tlielaq, se jkun hemm mudell mill-aktar avvanzat ippreżentat mill-UM Racing Society. Imma nwissukom, il-ħoss li tagħmel jista’ jkun qawwi ħafna!
Jekk int tinsab f'dik l-età meta l-għażla tas-suġġetti tiegħek se tolqot il-futur tiegħek, u forsi qed taħseb dwar liema karriera se taqbad, Meeting the Researcher hi opportunità ideali biex tiskopri x'ifisser li tkun xjenzjat. Ir-riċerkaturi se jkunu disponibbli biex jitkellmu man-nies fi Pjazza Tritoni, u f’Bieb il-Belt kif ukoll fi Pjazza Kastilja. Huma se jitkellmu dwar ir-riċerka li jagħmlu, u l-firxa tas-suġġetti tagħhom hi tassew varjata. Tinkludi teleportazzjoni, il-bram, it-tsunami, l-amfora, il-bakterja u ħafna aktar.
Biex tara x’tip ta' karriera differenti fil-qasam ta’ STEM, żur l-istand ta’ St Martin’s Institute, Dan se jkun qed jiffoka fuq l-Iżvilupp u d-Disinn ta’ Logħob Diġitali. Din is-sena se jġibu magħhom logħba bbażata fuq il-kinetika tal-ġisem, li tħallik tilgħab daqs li kieku inti tifforma parti mill-band Queen waqt li jkunu qed jagħtu kunċert – kemmxejn bħal karaoke imma aktar! Din il-logħba unika hi r-riżultat ta’ proġett ta’ student u turi dak li hu possibbli b' kodifikazzjoni kreattiva u b’ħafna immaġinazzjoni.
Huma x’inhuma l-interessi tiegħek, kemm jekk ikunu klieb il-baħar jew realtà virtwali, Ix-Xjenza fil-Belt hu l-post fejn għandek tkun. U jekk dan kollu mhux biżżejjed biex iħajrek, se nispiċċaw is-serata b’party ħdejn il-palk ewlieni fejn il-Funtana tat-Tritoni. Biex tara l-aġġornamenti dwar dan kollu, tista’ ssegwi l-festival fuq Facebook u tara l-programm sħiħ fuq is-sit elettroniku.
Ix-Xjenza fil-Belt hi parti miċ-ċelebrazzjoni madwar l-UE kollha. Il-Lejla tar-Riċerkaturi Ewropej hi ffinanzjata minn Marie Skłodowska-Curie Actions tal-Programm Horizon 2020 tal-UE, u minn numru ta’ sponsers korporattivi. Dan il-Festival hu rrikonoxxut mill-Europe for Festivals and Festivals for Europe (EFFE).
Il-Konsorżju hu mmexxi mill-Università ta’ Malta, il-Kamra tax-Xjentisti ta’ Malta u mill-Fond ta’ Riċerka tal-Università (RIDT), bi sħubija mas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u Impjiegi, MCAST, Esplora, JUGS Ltd, Studio 7, BPC International, GSD Marketing Ltd, Aquabiotech Ltd, MEUSAC, PBS, Spazju Kreattiv, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, il-Kunsill Malti għall-Organizzazzjonijiet Volontarji, Small Initiatives Support Scheme, More or Less Theatre, Transport Malta, Kreattiv u Creative Community u l-Kunsill Malti tal-Arti.
Photo: Science in the City 2018