Fid-29 u it-30 ta' Settembru 2023, Science in the City Festival 2023 se jinżel fuq ill-Funtana Tritoni, Ġnien il-Biskuttin u numru ta' teatri fil-qrib. l-istands interattivi se jitransformaw il-festival f’ċentru vibranti tax-Xjenza, esperimenti, u attivitajiet prattiċi, filwaqt li l-prestazzjonijiet fl-Istitut Katoliku, is-Sala San Duminku, u Spazju Kreattiv se jkunu qegħdin iservu ta’ hubs għall-kreattività u l-esplorazzjoni. Qabel numru ta' avvenimenti u kontenut wara l-festival, din is-sena se nkunu qed noffru ħames ġimgħat ta’ xjenza u arti.
Din is-sena il-festival ser jigi ċċentrat madwar it-tema "Changemakers," biex jinkoraġġixxi lill-kulħadd biex juża l-għarfien bbażat fuq ir-riċerka u l-kreattività biex jindirizzaw l-isfidi politiċi, soċjali, ambjentali, u teknoloġiċi li qiegħdin naffaċċjaw. Matul l-aħħar 10 snin, is-Science in the City (SitC) sar l-ikbar festival tal-arti u x-xjenza f'Malta. B'viżjoni li tgħaqqad ix-xjenza, l-arti, u l-edukazzjoni, il-festival issa jattira 30,000 viżitaturi kull sena, 750 voluntiera fosthom riċerkaturi, bosta artisti, u jikkollabora ma' madwar 100 organizzazzjoni.
L-attivitajiet għal din is-sena m’humiex biss divertenti, iżda sensibbli għall-isfidi kollha li qed naffaċjaw. Fi stqarrija għall-istampa, Dr Edward Duca, Koordinatur tal-festival spjega li "din is-sena ser inkunu qed norganizzaw l-festival fuq żewgt ilejli għall-ewwel darba. Għandna ukoll prestazzjonijiet u wirjiet minn Londra u Edinburgh, fejn ġejt mgħallem. Arti fuq l-Iskart fl-Ispazju, workshops fuq l-upcycling tal-ħwejjeġ, VR tal-famuż ippogew f’Malta huma kollha attrazzjonijiet ġodda biex igawduhom iċ-ċittadini!".
Karen Fiorini, Maniġer tal-festival, tispjega l-idea tematika ta' din is-sena: "Kull sena l-festival jipprova joħloq differenza fil-ħajja tan-nies. Wieħed mill-iskopijiet ewlenin tagħna huwa li niffokaw fuq kif għandna napplikaw ir-riċerka u it-tagħlim fid-decizjonijiet ta kuljum, min terremoti, is-saħħa tagħna jew kif għandna ninnavigaw fid-dinja diġitali. It-tema taċ-Changemakers magħżula għall-avveniment ta' din is-sena tirreferi għal din ix-xewqa li iċ-ċittadini iwettqu dak li jixtiequ ibiddlu".
Prof. Alfred Vella, Rettur tal-Università ta' Malta, jiffoka fuq l-importanza tax-xjenza u t-teknoloġija bħala l-bażi fuqiex jinbena il-futur tal-pajjiż. "Ix-xjenza, u l-għarfien li jiżvela, tagħti lill-bniedem l-għodod biex itejjeb il-benesseri u kif ukoll insalvaw il-pjaneta mill-eċċessi tagħna. Din l-avveniment iwassal biex inqarrbu ix-xjenza lejn iċ-ċittadini, din is-sena, permezz tal-arti. Jiena żgur li se jgħin biex l-istudenti tagħna joqorbu lejn l-istudju tax-xjenza."
Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-iSport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka, u l-Innovazzjoni l-Onor. Clifton Grima (in absentia) enfasiżża l-importanza tas-suġġetti relatati ma’ STEAM fl-edukazzjoni u jien kuntent li l-Ministeru tal-Edukazzjoni baqa jappoġġja l-festival b'mod kontinwu. L-edukazzjoni hi parti integrali tas-soċjetà tagħna u l-impenn diretta tal-organizzazzjonijiet tal-istudenti fil-attivitajiet innovattivi tal-festival jirrikonoxxi l-importanza li jonħolqu iċ-Changemakers. Il-Gvern huwa impenjat biex l-iskejjel jipprovdu edukazzjoni olistika, bi studenti involuti f'kull aspett tas-soċjetà tagħna", qal l-Onor. Grima.
L-Onor. Keith Azzopardi-Tanti (in absentia), Segretarju Parlamentari għaż-Żagħżagħ, Sport,, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jara l-festival bħala forza li twassal ghas-sostenibbiltà u l-kollaborazzjoni. “Malta, bħala membru stat tal-UE, waqqaf l-użu tar-riċerka u innovazzjoni għall-ekoloġizzazzjoni u -sostenibbiltà tal-ambjent, sabiex tilħaq tiri tal-European Green Deal 2050. B’diversi skemi lokali bħal Fusion, u fondi oħrajn ta’ Horizon Europe, Malta qed tutilizza impenn kollettiv bejn diversi stakeholders biex tintroduċi u timplementa proġetti relatati ma R&I għall-ġid komuni, biex intejjbu il-kwalità tal-ħajja tac-ċittadini taghna.”
Matul il-konferenza tal-istampa, inqtal li se jiġu murija attivitajiet bħal VR, dimostrazzjonijiet ta' robotika, logħob, komiċi, u ħafna aktar li għadhom ġejjin. Dr. Duca ħabbar sensiela ta avvenimenti elettrizzanti! Jeremy Grech u sismologu Dr Matthew Agius qed jinaqħaqdu biex iwasslu lill-udjenza fid-dinja affaxxinanti ta' Kreta antika, fejn ix-xjenza tiltaqa' mal-mitoloġija. Il-Ċentru Interattiv Esplora qed jippreżentaw Mystery Murder, li ser tkun qed tisfida lin-nies biex iħaddmu il-ħila investigattiva tagħhom. Il-kreattivi Alex Weenink, Zofia Stelmaszczyk, u Dr Lorainne Portelli ser jippreżentaw "What We Wear," tixħet dawl fuq l-orruri ta' fast fashion u l-istejjer li mhux msejħa wara kull drapp, filwaqt li jipprovdu workshops biex jgħinu lin-nies biex jagħmlu upcycling tal-ħwejjeġ tagħhom! U dan mhux kollox! Birdlife Malta se jgħallmu lill-nies f'workshop immersiv, fejn se jkunu mqassmin f’dinja affaxxinanti tal-għasafar biex jiffurmaw stejjer kosmiċi madwarhom. Il-festival jipprovdi vjagġ straordinarju li jgħaqqad l-arti, ix-xjenza, u l-intrigo!
Is-Science in the City huwa parti minn European Researchers’ Night, ta’ ċelebrazzjoni fuq livell tal-UE. Kofinanzjat mill-Marie Skłodowska-Curie tal-Kommissjoni Ewropea fil-Programm ta' Riċerka u Innovazzjoni tal-Horizon Europe (konvenzjoni tal-għoti tal-grant No 101061120). Huwa rrakkomandata mill-Ewropa għall-Festivals u l-Festivals għall-Ewropa (EFFE).
Il-konsorzju tal-Sience in the City huwa mmexxi mill-Università ta' Malta u l-Kamra tax-Xjentisti ta' Malta, b'kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, is-Saħħa, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Malta Enterprise, Qualia Analytics, Esplora, tech.mt, SEM, PBS, Spazju Kreattiv, Valletta Design Cluster, Valletta Cultural Agency, l-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Resorsi, WasteServ, Heritage Malta, More or Less Theatre, il-Kunsill tal-Arti ta' Malta, l-Università Queen Mary ta' Londra, l-Istitut St. Martin, Green Pak, AquaBioTech, Impetus, MCAST, MED-WET, il-Kunsill Lokali ta' Floriana u l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta.
Din il-komunikazzjoni tirrifletti l-opinjoni tal-awtur u l-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għal xi informazzjoni li tikkontenih.