L-Edizzjoni Changemakers ta’ Science in the City attirat għexieren ta’ eluf ta’ nies lejn il-Belt Valletta u l-Furjana fi tmiem il-ġimgħa. Tfal, adulti, żagħżagħ u pensjonanti setgħu jilagħbu bir-robots, jitkellmu mar-riċerkaturi, jaraw Street Art ispirata mir-riċerka spazjali, u jattendu wirjiet divertenti minn artisti internazzjonali.
L-avveniment immarka il-European Researchers Night li jseħħ f’aktar minn 300 belt madwar l-Ewropa kollha—fejn Malta tospita waħda mill-akbar. Science in the City impenjat lil aktar minn 3,000 ruħ bl-avvenimenti ta’ qabel il-festival li fetħu fl-aħħar ta’ Awwissu, u il-wirjiet u l-workshops li saru fl-Istitut Kattoliku fil-Furjana u Sala San Duminku fil-Belt Valletta fi tmiem il-ġimgħa li għaddew. Ħafna aktar ġew għall-istands u l-wirjiet tal-festival fit-toroq madwar il-Funtana tat-Tritoni u ż-Zona ta’ Biskuttin.
Ir-ritratti juru l-varjetà u d-diversità ta’ attivitajiet u avvenimenti li qed iħeġġu liż-żgħażagħ biex jieħdu karrieri fix-xjenza (bħal STEAM) jew fir-riċerka u jispiraw kurżità dwar kif taħdem il-pjaneta tagħna. Din is-sena l-festival ħeġġeġ lin-nies jitgħallmu aktar dwar id-dinja biex jużaw dak l-għarfien biex b’hekk il-Gżejjer Maltin isiru post aħjar fejn kulħadd jgħix permezz ta’ azzjonijiet kreattivi.
Science in the City ta’ din is-sena ma pprovdiex biss opportunità għall-viżitaturi biex ikunu involuti fl-arti u x-xjenza iżda wkoll għal bidla reali u tanġibbli f’diversi livelli. Malta diġà qed tiffaċċja sfidi li jirriflettu dawk ta’ dinja li qed tinbidel. Il-festival iħeġġeġ lil kulħadd biex ikun parti mill-azzjoni biex itaffu u jadattaw għar-realtà l-ġdida tagħna. Il-festival jipprova jkun aċċessibbli għal kulħadd, sabiex kulħadd ikun jista’ jipparteċipa u jikkontribwixxi bl-ideat tiegħu biex b’hekk din il-bidla tkun possibbli.
Il-konsorzju ta’ Science in the City huwa mmexxi mill-Università ta’ Malta u l-Kamratax-Xjentisti ta’ Malta, bi sħab mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, Malta Enterprise, MCAST, Qualia Analytics, Esplora, tech.mt , SEM, PBS, Spazju Kreattiv, Valletta Design Cluster, Valletta Cultural Agency, Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, WasteServ, Heritage Malta, More or Less Theatre, il-Kunsill tal-Arti f’Malta, Queen Mary University of London u Saint Martin's Institute, Green Pak, AcquaBioTech, Impetus, MED-WET, il-Kunsill Lokali tal-Furjana u l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.
“Kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Il-fehmiet u l-opinjonijiet espressi huma madankollu dawk tal-awtur(i) biss u mhux bilfors jirriflettu dawk tal-Unjoni Ewropea jew tal-ftehim tal-għotja Nru 101061120. La l-Unjoni Ewropea u lanqas l-awtorità li tagħti l-għotja ma jistgħu jinżammu responsabbli għalihom.”