Id-disa' universitajiet imsieħba fl-Alleanza SEA-EU ltaqgħu fi Gdansk biex jibdew il-ħidma b'risq il-lingwi li tinferaq fi tlieta: il-promozzjoni tal-multilingwiżmu, it-tisħiħ tal-kompetenza fl-Ingliż, u t-tfassil ta' politika lingwistika.
Il-proġett, li hu mifrux fuq erba' snin, qed jitmexxa mill-Università ta' Malta (UM) bl-appoġġ tal-Università ta' Gdansk (UG). L-inizjattivi nibtu mis-sottokumitat dwar l-identità fi ħdan is-SEA-EU, li wkoll tmexxa mill-Università ta' Malta.
Fid-dawl tal-kuntatt mill-qrib tal-Alleanza SEA-EU mal-Ukrajna, erba' akkademiċi mill-Università ta' Odesa ħadu sehem fl-attività wkoll.
Il-laqgħa, li ġiet organizzata miċ-Ċentru tal-Lingwi Barranin fi ħdan l-Università ta' Gdansk (UG), bdiet b'indirizz tar-Rettur tal-UG, il-Prof. Piotr Stepnowski, u d-Direttriċi tal-istess Ċentru, is-Sa Alina Swebocka.
L-UM kienet rappreżentanta minn Anna Baldacchino, Godfrey Baldacchino, Michael Spagnol u Odette Vassallo.
F'Mejju 2024, se ssir laqgħa ta' taħriġ għall-akkademiċi tal-Alleanza SEA-EU biex itejbu l-ħiliet tagħna fl-Ingliż. Se tiġi organizzata mill-Università ta' Malta (UM).