Il-mixja ta’ pazjent bil-kanċer fejn jiġu diskussi aspetti varji matul il-proċess, fosthom il-kura, is-support familjari, support psikoloġiku u spiritwali. Permezz ta’ diversi esperti fil-qasam tagħhom, Jenny Zammit twasslilna din is-sensiela li ċertament se toffri aktar għarfien u għajnuna kemm għal dawk li għaddejjin minn din il-marda kif ukoll għal dawk li jieħdu ħsiebhom.
- Programm 1: Kif tingħata l-aħbar lill-pazjenti u qraba - Donna Metaraku, Onkologa
- Programm 2: Meta ssir taf bil-marda - Lara Said, myeloma survivor
- Programm 3: Sapport u gwida spiritwali - Fr Frankie Cini, MSSP
- Programm 4: It-taqlib emozzjonali li l-pazjenti jgħaddu minnu - Marcella Muscat, Psikologa u Terapista (Jungian)
- Programm 5: Kif nittrattaw it-telfiet, filwaqt li niskopru sens ġdid tal-ħajja matul il-vjaġġ - Dr David Mamo, Psikjatra
- Programm 6: Nistaqsu l-mistoqsija eżistenzjali: għaliex it-tbatija, x’inhi t-tbatija, kif it-tbatija tbiddel persuna, is-sens li persuna tagħti l-esperjenza tal-mard u d-diżabilta kkawżata bil-mard - Dr Kurt Borg, Lettur
- Programm 7: X’jgħaddu minnu l-pazjenti – biżgħa, telf, tama, l-immaniġjar tas-sitwazzjoni. Is-sapport li l-aġenzija toffri – nursing, terapija komplimentari, sapport mediku, u servizz ta’ carer Informazzjoni dwar servizz residenzjali ġdid li joffri kura paljattiva: St Michael’s - Anna Frendo, Hospice Malta
- Programm 8: Konversazzjoni dwar perspettiva alternattiva tal-ħajja, mard, u bidla Ir-reliġjon mhix l-unika fundament għall-filosofija tal-ħajja Hemm għerf u sens li l-individwu jiskorpi u jgħix bihom, li jista’ jifforma permezz tax-xjenza u l-esperjenza tal-ħajja - Christian Colombo, Faculty of ICT, Chair - Malta Humanist Association
- Programm 9: Vjaġġ mgħaġġel li jibdel kif wieħed iħares fuq il-preżent u l-futur, kif ukoll il-passat Nitgħallmu kif nafdaw is-sistema medika u r-realtà li l-kura xi kultant hija agħar mill-marda nfisha Ir-rwol tal-fidi u s-sapport tal-familja - Pauline Dimech, Senior Lecturer Faculty of Theology and Faculty of Education; Pazjenta ta' SAMOC
- Programm 10: It-telfa ta’ nannu maħbub, bil-memorji għeżież, l-uġigħ tat-telfa, u li tara l-bidliet minħabba l-kanċer, il-katarsi li wieħed ifittex fl-arti u wkoll li jkollok wild. Ħajja li spiċċat fil-waqt li l-familja tevolvi permezz tat-twelid ta’ tarbija - Darren Tanti, Edukatur tal-Arti
- Programm 11: Il-kuntentizza li t-terapista ssib meta toffri spazju kwiet li jinkludi serħan u rikupru fiżiku. Atmosfera li toħloq konnessjoni ta’ fiduċja u konverżazzjoni profonda bejn it-terapista u l-pazjent - Marika Fleri, Complimentary Therapist
- Programm 12: Spjegazzjoni dwar kura paljattiva. Pazjenti u qraba spiss jibżgħu hekk kif it-tmiem tal-ħajja joqrob u t-trattament jitwaqqaf. Iżda l-esperjenza hi waħda ta’ rassenjazzjoni u paċi, għalkemm il-qraba xi kultant ikunu iżjed anzjużi. Il-medikazzjoni hija maħsuba biex toffri ġranet ta’ paċi, mingħajr uġigħ - Dr Doreen Pace, speċjalista fil-kura paljattiva
- Programm 13: Il-ferħ speċjali tal-ħbiberija, toffri sapport lill-pazjent mill-qrib u konsolazzjoni lill-qraba. L-imħabba li tgħaqqad u l-memorji li jżommu l-qraba u l-ħbieb għaddejjin - Carmen Mangion, Carmen Bugeja