Middle Age Exposed

Middle Age Exposed

Colin Fitz jiddibatti ż-Żminijiet tan-Nofs ma' Aleks Farrugia, li speċjallizza f'dan il-perjodu fl-istudji tiegħu f'din l-Università. L-ideja għal dan il-programm ħarget wara li Aleks kien mistieden bosta drabi fil-Programm Campus Brunch ta' Colin u t-tnejn skoprew ċerta affinità bejniethom waqt li kienu 'on air'. Huma għandhom ukoll sens ta' umoriżmu kompatibbli, u għalhekk se jżejnu l-programmi b'parralleli maż-żminijiet tan-nofs (middle age) tan-nies fiż-żminijiet tal-lum. Apparti d-dibattitu bejn iż-żewġ preżentaturi u l-anedotti tagħhom, Middle Age Exposed se jikkonsisti wkoll f'intervisti ma' storici ta' din l-epoka, u referenzi u siltiet minn films, sensiliet televiżivi u anki albums mużikali (Game of Thrones, Robin Hood, Lord of the Rings ecc) li jagħmlu referenzi għaż-żminijiet li ma' kienu mudlama xejn - għall-inqas skont Aleks.

Middle Age Exposed | 1

Middle Age Exposed | 2

Middle Age Exposed | 3


https://www.um.edu.mt/services/campus1037/ondemand/education/middleageexposed/