Serje ta' intervisti fit-tul ma' mistiedna kull darba differenti li jkunu jistgħu jaqsmu magħna u jikkummentaw dwar l-esperjenza professjonali tagħhom u l-perspettiva li bnew matul ħidma f'istituzzjonijiet edukattivi, bħal universitajiet imma mhux biss, minn madwar l-Ewropa kollha, u forsi okkażjonalment anke minn reġjuni oħra, per eż l-Amerika ta' Fuq imma anke Ċentrali u t'Isfel, l-Afrika u l-Ażja. Il-lenti dejjem tkun waħda kulturali, fis-sens li ma jkunux programmi dwar x'jagħmlu u x'ma jagħmlux fl-istituzzjoni, imma kif ir-rwol tagħhom bħala diretturi, rappreżentanti kulturali, PROs, research officers, responsabbli mill-bini ta' networks jew ta' funding jgħinhom jifhmu sehem dik l-organiżazzjoni fil-kuntest tal-edukazzjoni għolja, t-taħriġ, il-professjonaliżazzjoni, u partikolarment f'kuntesti li huma kreattivi, artistiċi, kulturali u dinamiċi.
Minn Kampus Għal Ieħor 1
- Programm1: Emma Lind, Segretarju tal-istat għall-Kultura, Oslo, in-Norveġja
- Programm2: Prof Antonio C Cuyler, professur tal-amministrazzjoni kulturali, Florida State University
- Programm3: Dr Heritiana Ranaivason, riċerkatur u akkademiku l-Universita' Ħielsa ta' Brussell (VUB)
- Programm4: l-iżvilupp professjonali tal-mistieden f'kampusijiet internazzjonali - Dr Anthony Schrag, lettur fl-arti performattivi u komunitarji, Queen Margaret University, Edinburgh, l-Iskozja
- Programm5: Dr Alan Xuereb, avukat u lingwista mal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, il-Lussemburgu; il-Ġermanja
- Programm6: Matti Allam, maniġer kulturali, l-Irlanda; il-Ġermanja
- Programm7: Keith Borg, maniġer tal-iskejjel boarding, UK; ir-Russja; iċ-Ċina
- Programm8: Prof Rostam Neuwirth, l-Universita' ta' Macao
- Programm9: Nneka Loko, attivista kulturali, Abuġa, in-Niġerja
- Programm10: Gargi Shinde', maniġer multidixxiplinarja, Chamber Music America, New York
- Programm11: Dr Raphaela Henze, l-Universita' ta' Heilbronn, il-Ġermanja
- Programm12: Dr Gokce Dervisoglu Okandan, l-Universita' ta' Bilgin, Istanbul
- Programm13: Prof Carla Figueira, l-Universita' ta' Goldsmiths, Londra
Minn Kampus Għal Ieħor 2
- Programm1: Dr Jordi Balta' Portoles, espert tal-politika kulturali minn Barċellona li jgħix bejn Spanja u l-Awstralja
- Programm2: Dr Louise Ejgod Hansen, professura assoċjata tar-riċerka kulturali, l-Universita' ta' Aarhus, id-Danimarka
- Programm3: Francois Carbon, espert u konsulent tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, membru tal-Parlament Kulturali Ewropew l-Universita' tal-Lussemburgu
- Programm4: Dr Aldo Zammit Borda, avukat u lettur tal-ġustizzja kriminali internazzjonali, City University, Londra
- Programm5: Eric van Monckhoven, attivist fil-qasam ambjentali u kulturali, maniġer tal-mużika, minn Brussell u jgħix Modica, Sqallija
- Programm6: Rashi Maithul, studenta u riċerkatriċi fit-turiżmu Ewropew u Ażjatiku, mill-Indja u bbażata l-Universita' ta' Glasgow, l-Iskozja
- Programm7: Sara Ferrari, professjonista tat-turiżmu kulturali, l-Universita' IULM Milan, l-Italja
- Programm8: Dr Kayla Rush, Marie Sklodowska-Curie Research Fellow l-Iskola tat-Teoloġija, Filosofija u Mużika, Dublin City University, l-Irlanda
- Programm9: Davinia Galea, intraprenditriċi u maniġer kulturali internazzjonali, Malta
- Programm10: Prof David Stevenson, professur tal-politika kulturali u l-immaniġġjar artistiku, Queen Margaret University, Edinburgh, l-Iskozja
- Programm11: Dr Elaine Azzopardi, Riċerkatriċi Assoċjata fl-interrelazzjonijiet bejn l-ekosistema u l-kultura, l-Universita' ta' York, l-Ingilterra
- Programm12: Dr Dany Weyer, Kap tal-Parteċipazzjoni, Festspielhaus und Festspiele Baden-Baden gGmbH, il-Ġermanja
- Programm13: Talal Al-Muhanna, producer kreattiv u multi-medjali, il-Kuwajt
Minn Kampus Għal Ieħor 3
- Programm1: Aimee Fullman: maniġer u lettura tal-politika kulturali internazzjonali, Washington DC, US
- Programm2: Ulla-Alexandra Mattl: konsulenta u maniġer ta' proġetti ta' kollaborazzjoni Ewropea, Brussell, il-Belġju
- Programm3: Michael Quinton: mużiċist, produttur u riċerkatur tal-ħoss u l-produzzjoni multimedjali, Malta
- Programm4: Wafa Bourhis: lettura u riċerkatriċi tal-politika soċjali u kulturali, Hammam Sousse, it-Tuneżija
- Programm5: Rita Orlando: intraprenditriċi u maniġer tal-industriji kreattivi, Matera, l-Italja
- Programm6: Reem Kassem: koordinatriċi u attivista minn Lixandra ta' kollaborazzjonijiet kreattivi internazzjonali, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda
- Programm7: Prof Sandra Vella: professura tal-lingwistika, l-Università ta' Malta
- Programm8: Prof Michelle Pace: akkademika u prattikanti tar-relazzjonijiet internazzjonali, l-Università ta' Roskilde, id-Danimarka
- Programm9: Prof John Portelli: kittieb, professur u konsulent fl-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-bniedem, l-Università ta' Toronto, il-Kanada
- Programm10: Dr Annette Naudin: maniġer u lettura tal-intrapriża kreattiva, l-Università ta' Birmingham, UK
- Programm11: Piata Kingel: professjonist fl-appoġġ psikoloġiku u tal-iżvilupp ta' dinamiċi soċjali f'gruppi kreattivi, Sao Paolo, il-Brażil
- Programm12: Reuben Gauci: professjonist tad-diplomazija u ambaxxatur ta' Malta f'bosta pajjiżi, bħalissa l-Kummissarju Għoli New Dehli, l-Indja
- Programm13: Romina Cachia: riċerkatriċi xjentifika mal-Kummissjoni Ewropea, Sevilla, Spanja