Teledrammi: Nostalġija u Tifkiriet, programm televiżiv adattat għar-radju, se jieħu lis-semmiegħa fuq vjaġġ fil-passat fejn se immorru lura fis-snin u nippruvaw niskopru kif nibtet l-imħabba għad-drama Maltija. Kienu mhux ftit dawk is-serje televiżivi li żammu udjenzi ma' l-iskrin għal gimgħat u skedi sħaħ, iżda qabel irridu nfakkru li dan il-fenomenu kollu nibet mir-radju, anzi mir-Redifussion. Dan il-fenomenu wassal biex witta t-triq għal bosta teledrammi li ġew maħduma matul is-snin fosthom: F'Baħar Wieħed, Il-Madonna taċ-Ċoqqa, Wenzu u Rożi, Triq Waħda, Wirt u bosta produzzjonijiet oħra li tant ġibdu telespettaturi warajhom. Niltaqgħu mal-protagonisti infushom li kienu strumentali għas-suċċess ta' xogħolijiet bħal dawn, fi żmien meta r-riżorsi u l-avvanzi teknoloġiċi kienu għadhom wisq 'l bogħod minn dak li għandna llum, iżda li xorta kellhom kapaċita' li jbattlu t-toroq Maltin fil-ħinijiet meta kienu jixxandru. Produzzjoni Celaine Buhagiar, Joseph Galea u Pierre Bugeja. Preżentazzjoni: Celaine Buhagiar
Programm 1: Mir-Redifussion għat-teledramm: Overview
Programm 2: F'Baħar Wieħed: Direzzjoni ta' Lino Farrugia (1)
Programm 3: F'Baħar Wieħed: Direzzjoni ta' Lino Farrugia (2)
Programm 4: Il-Mandraġġara: Direzzjoni ta' Tony Parnis
Programm 5: Wenzu u Rożi: Adattament televiżiv - Ġorġ Peresso (1)
Programm 6: Wenzu u Rożi: Adattament televiżiv - Ġorġ Peresso (2)
Programm 7: Vaganza f'Ħal bla Ras - Direzzjoni ta' Tony Parnis (1)
Programm 8: Vaganza f'Ħal bla Ras - Direzzjoni ta' Tony Parnis (2)
Programm 9: Il-leħen li dewa mill-bir - Direzzjoni ta' Albert Marshall
Programm 10: Il-kerrejja - Direzzjoni ta' Zep Camilleri
Programm 11: Kristu fl-iżbarra - Direzzjoni ta' Charles Stroud (1)
Programm 12: Kristu fl-iżbarra - Direzzjoni ta' Charles Stroud (2)
Programm 13: Ir-Ronnie - Adattament televiżiv ta' Ġorġ Peresso
Programm 14: L-Għarusa - Direzzjoni ta' Charles Caruana
Programm 15: Triq Waħda ta' Lino Farrugia (1)
Programm 16: Triq Waħda ta' Lino Farrugia (2)
Programm 17: Leli ta' Ħaz-żgħir - direzzjoni ta' Żep Camilleri
Programm 18: Repetizzjoni ta' Programm 4