Aġenda 2030

Aġenda 2030

Bħala firmatarja tal-Aġenda 2030, Malta għandha l-obbligu etiku u politiku li tara li s-17-il-mira għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ġnus Magħquda, maqbula mill-Kapijiet tal-Istat f'Settembru tal-2015, ikunu ndirizzati permezz ta' azzjoni konkreta nfurmata minn riflessjoni kritika kontinwa. Din is-sensiela għandha l-għan li tkattar l-għarfien tas-semmiegħa rigward il-kontenut ta' dawn il-miri u, permezz ta' diskussjoni ma' esperti mistiedna, tgħinhom jifhmu fejn tinsab Malta fil-mixja tagħha biex tilħaq dawn il-miri. Is-sensiela tagħti importanza kbira lill-kuntest globali bħala sfond għad-diskussjoni lokali.

Produzzjoni tal-Professur Carmel Borg, f'isem l-Osservatorju Nazzjonali għall-Għejxien b'Dinjità (Il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà).

Programm 1: Introduzzjoni għas-sensiela - Dr Censu Caruana
Programm 2: Il-qerda tal-faqar - intervista ma' Dr Censu Caruana
Programm 3: Jintemm il-ġuħ - intervista mal-Prof. Suzanne Piscopo
Programm 4: Ħajja b'saħħitha għal kulħadd - intervista' ma' Dr Neville Calleja
Programm 5: Edukazzjoni ta' kwalità- intervista mal-Prof. Peter Mayo
Programm 6: Ugwaljanza bejn is-sessi - intervista ma' Dr Marceline Naudi
Programm 7: Ilma nadif u enerġija affordabbli għal kulħadd - intervista mal-Perit Philip Grech
Programm 8: Ekonomija sostenibbli - intervista ma' Dr Philip Von Brockdorff
Programm 9: Infrastruttura resiljenti eċċ. - intervista mal-Prof. Godfrey Baldacchino
Programm 10: Tnaqqis fl-inugwaljanza fil- u bejn il-pajjiżi - intervista mal-Prof. Paul Pace
Programm 11: Bliet aktar inklussivi, reżiljenti u sostenibbli - intervista ma' Dr Marie Briguglio
Programm 12: Konsum u produzzjoni aktar sostenibbli - intervista mal-Prof. Suzanne Piscopo
Programm 13: Miżuri urġenti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima - intervista mal-Prof. Paul Pace
Programm 14: Konservazzjoni u użu aktar sostenibbli tal-ibħra - intervista mal-Prof. Alan Deidun
Programm 15: Il-protezzjoni tal-art - intervista mal-Prof. Paul Pace
Programm 16: Il-promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi u inklużivi - intervista ma' Dr Mary Grace Vella
Programm 17: Sħubija globali għall-iżvilupp sostenibbli - intervista ma' Dr Ruth Farrugia


https://www.um.edu.mt/services/campus1037/ondemand/interviewsdiscussions/aenda2030/