Il-Politika fil-Films

Il-Politika fil-Films

Sensiela ta' Programmi li matulha jkunu diskussi għadd ta' produzzjonijiet ċinematografici li jkollhom konnessjonijiet ma' temi politiċi, ngħidu aħna l-libertà, il-klassijiet soċjali, l-ambjent, il-kunflitt soċjali, l-ekonomija, il-bijoetika u l-imperjaliżmu. Fl-isfond tas-soundtrack oriġinali tal-films magħżula, tinħoloq diskussjoni bis-sehem ta' esponenti midħla tal-politika u s-soċjoloġija.

Produzzjoni u preżentazzjoni ta' Dr Mario Thomas Vassallo.

Programm 1: Introduzzjoni għas-sensiela
Programm 2: Il-films ta' Charles Chaplin - Hon. Clyde Puli MP
Programm 3: Il-film bijografiku Elizabeth The Golden Age - Simone Chircop
Programm 4: Il-klassijiet socjali fl-isfond tal-film Titanic - Rev. Dr Charles Tabone
Programm 5: L-implikazzjonjiet socjali u politici fil-film Dr Zhivago (1965) - Prof. Godfrey Pirotta
Programm 6: In-neonaziżmu u l-politika estrema fil-film tal-1992 American History X - Andre' Debattista
Programm 7: Ir-reliġjon u l-politika, il-fidi u t-tmexxija ta' poplu fi stat sekulari fil-film tal-2005 Kingdom of Heaven - Edwin Vassallo
Programm 8: Il-krizi ta' Cuba tal-1962 fil-film Thirteen Days u l-iskandlu ta' Watergate fil-film Nixon - Dr George Vital Zammit
Programm 9: Il-gwerra ċivili Amerikana (1660-1865) fil-film Glory (1982) - Simone Chircop
Programm 10: Il-piena kapitali: ġustizzja jew vendetta? fil-film The Green Mile (1999) - Rev. Dr Charles Tabone
Programm 11: L-Olokawst fil-film Schindler's List (1993) - Simone Chircop
Programm 12: L-isfregju ambjentali u l-implikazzjonijiet politiċi fil-film Erin Brockovich (2000) - Dr Marie Louise Mangion
Programm 13: Il-film Of Gods and Man (2010) - Prof. Edward Warrington
Programm 14: Il-kruha tal-gwerra fil-film La vita e' bella (1997) - Prof. Godfrey Pirotta
Programm 15: Il-films Taljani grotteski u b'laqta satirika li huma msawrin madwar Ugo Fantozzi - Dr George Vital Zammit
Programm 16: Il-ġlieda kontra l-iskjavitu fil-film Amistad tal-1997 - Colin Borg
Programm 17: Diversi temi fil-films: The Killing Fields, Laurence of Arabia, Les Miserables, Cider House Rules, Bicentennial Man, Braveheart - Simone Chircop


https://www.um.edu.mt/services/campus1037/ondemand/interviewsdiscussions/il-politikafil-films/