Programm riċerkat fuq stil magazine ippreżentat minn Dr Karsten Xuereb. 'Mediterran kurrenti', jilgħab ftit bl-idea marittima u dik tal-ġrajjiet politiċi, soċjali, kulturali u ambjentali li jkunu ta' importanza minn ġimgħa għal ġimgħa. Kull item ma jeħux aktar minn 4 minuti, il-mużika tintrabat ma' item ta' kultura, proġett, festival, retrospettiva eċċ, ġrajjiet kurrenti u kummentarju fil-qosor, ibbalanċjati u varjati bejn l-Ewropa tal-punent, il-Balkani, il-gżejjer varji, il-pajjiżi Għarab, il-Lvant Nofsani eċċ, b'intervalli spissi u qosra ta' mużika li tvarja. Il-Programm huwa attwali għaldaqstant jiġi rrekordjat viċin id-data tat-trasmissjoni.
Mediterran Kurrenti 1
- Programm 1: L-elezzjonijiet il-Bożnja-Ħerżegovina; Nicolai Gravino iniedi album fix-xlokk ta' Franza; Ir-relazzjonijiet mtennija bejn l-UE u Iżrael; Kuntatt imġedded bejn Iżrael u t-Turkija; L-UE ma tagħrafx il-ftehim enerġetiku bejn it-Turkija u l-Libja; Il-kunflitt politiku intern fil-Libja.
- Programm 2: L-enerġija u l-Alġerija; Sehem Franza fl-Afrika; In-Nobel tal-letteratura lil Annie Ernaux; L-isfidi lis-swali taċ-ċinema Franċiżi; Il-femminiżmu fit-tkabbir tal-għeneb it-Tuneżija.
- Programm 3: Ftehim strateġiku fil-baħar Mediterran bejn Iżrael u l-Libanu; Il-Programmm ta’ ritorn ta’ rifuġjati Sirjani ukoll mil-Libanu; Xewqat it-Turkija li sehemha fl-ekonomija tar-reġjun jiżdied; Kif iż-żieda fl-ispejjeż qed teffettwa sehem pajjiżi żgħar fil-Eurovision li jmiss.
- Programm 4: Ir-relazzjonijiet bejn il-Palestina u l-Ħamas; Is-solidarjetà tas-sajjieda Tuneżini lejn il-migranti; Għeluq mill-mitejn sena tal-fehma tal-eroġlifiċi minn Champoillon ċċelebrata l-Institut du Monde Arabe; Ir-Rotta tal-Feniċi tipprepara għeluq l-għoxrin sena matul il-laqgħa annwali f'Porec, il-Kroazja; Mużika maħruġa minn OMeGA biex tfakkar l-għarqa tal-migranti fit-3 t'Ottubru 2013.
- Programm 5: In-nisa Marokkini u l-abort; Iċ-ċensura ta' film bil-mużika ta' Mariem Hassan fil-Marokk; Impatti politiċi tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar; Pelegrinaġġ sportiv minn Spanja li jieqaf ħesrem l-Iran.
- Programm 6: Il-gvern ġdid Taljan u r-relazzjonijiet mal-pajjiżi Għarab tal-Mediterran; L-ewwel jum taż-żgħażagħ u l-memorja l-Italja; Iż-żebbuġ Palestinjan; Il-gżira fittizzja ta’ Farfara ftit ‘il barra mix-xtut Maltin; Il-patrimonju tanġibbli u intanġibbli fil-Mediterran irrikonoxxut mill-Kunsill tal-Ewropa u l-UNESCO; Ktieb ta' Joshua Cohen dwar il-familja Netanyahu.
- Programm 7: It-tensjoni bejn Franza u l-Italja fuq il-migrazzjoni; Il-kantanta Eġizzjana Fatima Said; Kritika lill-COP27 Xarm El Xejk; L-attiviżmu ambjentali u l-arti.
- Programm 8: It-tensjonijiet bejn it-Turkija u l-Iraq rigward il-kwistjoni Kurda; il-pożizzjoni Griega fuq il-limiti għall-prezzijiet tal-gass fl-Ewropa; il-problemi li qed taqla’ r-reġistrar tal-pjaneċ tal-karozzi fil-Kosovo u s-Serbja; l-ewwel president mara l-Islovenja; u album ġdid tal-kantawtur Taljan Francesco Guccini.
- Programm 9: L-isfidi li qed jiffaċċjaw it-tobba u l-infermiera Spanjoli, il-mużika Andalusa tal-copla, tip tradizzjonali ta’ kant, u aġġornament mill-Italja rigward l-attiviżmu ambjentali li jmiss mad-dinja tal-arti viżiva.
- Programm 10: Ix-xandir pubbliku l-Islovenja, kwistjonijiet politiċi u soċjali fil-Qatar, il-konferenza tal-mużika dinjijia WOMEX fil-Portugall, rapport Spanol dwar l-edukazzjoni u l-għarfien ta’ espressjonijiet kulturali hekk kif din is-sena qed tasal fi tmiemha.
- Programm 11: Il-kunflitt ekonomiku u diplomatiku bejn ix-xtut Ewropej u Nord Afrikani fil-Punent tal-Mediterran, aħbar pożittiva, u ta’ prassi tajba, fil-qasam agrikolu fi Spanja, il-konklużjoni tat-Tazza tad-Dinja u x’fissret għall-Marokk, u proġett ta’ eċċellenza dwar it-turiżmu sostenibbli fil-Mediterran.
- Programm 12: Jum il-migrazzjoni mfakkar fit-18 ta' Diċembru b'attivitajiet politiċi u kulturali, il-festival internazzjonali ta' Istanbul jasal fi tmiemu, sensiela ta' kunċerti li jiċċelebraw il-Milied madwar il-Mediterran.
- Programm 13: L-ewwel ta’ Jannar, li fih infakkru Jum il-Paċi, it-tensjoni bejn it-Turkija u l-Iran rigward il-protesti tan-nisa, dik bejn Franza u t-Turkija rigward il-Kurdi, ftuħ diplomatiku bejn Franza u l-Marokk, l-elezzjonijiet Tuneżini, u l-festival tad-daqq tal-orgni fl-artijiet imqaddsa.
Mediterran Kurrenti 2
- Programm 1: Is-sitwazzjoni enerġetika fi Spanja u Franza, l-istorja wara l-lotterija tal-Milied magħrufa bħala El Gordo fi Spanja, rapport Ewropew b’rabta mas-sena 2023 iddedikata għall-ħiliet, u l-iżvilupp tal-mużika fado fis-sena li Franza ddedikat lill-kultura tal-Portugall.
- Programm 2: Is-sitwazzjoni tal-migranti tfal frott rapport ta’ Samuel Hall għal Save the Children, it-tidjiq kulturali u reliġuż li jaf jgħaddi minnu Iżrael, il-protest li l-Moskea l-Kbira ta’ Pariġi għamel kontra Michel Houellebecq, il-ħassieb Taljan xellugi Furio Jesi, ir-restawr tal-Katidral ta’ Notre Dame u l-ministru l-ġdida Brażiljana Margareth Menezes.
- Programm 3: Il-politika Kroata u r-relazzjonijiet mal-ġirien Balkani, tmiem it-tmexxija ta’ Daniel Barenboim tal-Orkestra Filarmonika ta’ Berlin u kontroversja dwar il-produzzjoni ta’ Rafael Villalobos tat-Tosca ta’ Puccini.
- Programm 4: Żviluppi politiċi fl-2023 fit-Turkija, l-Greċja, is-Sirja u l-Libanu, u oħrajn turistiċi maħruġa miċ-ċentru t'osservazzjoni ta' Napli SET.
- Programm 5: Intervista ma’ Neville Borg li jmexxi ċ-ċentru ta' verifika tal-aħbarijiet fil-Mediterran MedDMO. (1)
- Programm 6: Intervista ma’ Neville Borg li jmexxi ċ-ċentru ta' verifika tal-aħbarijiet fil-Mediterran MedDMO. (2)
- Programm 7: It-terremot qawwi li sar is-Sirja u t-Turkija u l-kwistjonijiet umanitarji, politiċi u ekonomiċi li qed iduru miegħu, b'mużika minn dan ir-reġjun.
- Programm 8: Ir-relazzjoni tal-bniedem man-natura u l-ambjent tal-Mediterran fit-turiżmu tax-xitwa.
- Programm 9: Appuntamenti kulturali ewlenin fil-Mediterran matul ix-xitwa u r-rebbiegħa 2023.
- Programm 10: Intervista ma' Dr Norbert Bugeja fuq il-poeżija u l-istudju tal-Mediterran. (1)
- Programm 11: Intervista ma' Dr Norbert Bugeja fuq il-poeżija u l-istudju tal-Mediterran. (2)
- Programm 12: Focus fuq l-Albanija minn aspetti kulturali u politiċi.
- Programm 13: Focus fuq it-Tuneżija u l-protesta fil-politika u l-kutura mill-2011 'l hawn.
Mediterran Kurrenti 3