Ħamsa u għoxrin? Ħamsa u għoxrin sena ta’ Inizjamed. L-għaqda volontarja kulturali Mediterranja, irreġistrata bħala Għaqda Volontarja f’Malta li twaqqfet fl-1998 bil-għan li tmexxi proġetti kulturali u artistiċi fuq livell lokali u internazzjonali. Inizjamed kienet u għadha tfittex li ġġedded l-espressjoni artistika f’Malta fid-dawl ta’ għarfien aħjar tal- varjetà kulturali li teżisti f’pajjiżna, fir-reġjun tal-Mediterran u lil hinn. F’dan il-kuntest, il-kultura tirreferi għall-iżvilupp artistiku u intellettwali u b’mod partikulari dawk l-affarijiet li jinsġu flimkien l-eżistenza tagħna u jgħinuna biex nagħtuha skop. Ħamsa u għoxrin ilaqqa’ flimkien individwi minn mixjiet differenti tal-ħajja li kienu parti minn Inizjamed f’xi waqt jew ieħor, f’xi proġett, f’xi pubblikazzjoni, jew f’xi festival biex jiddiskutu mnejn nibtet Inizjamed, kif kibret u ’l fejn sejra. Segwuna!
- Programm 1: Il-konċempiment ta’ Inizjamed - Adrian Grima u Anna Zammit
- Programm 2: Inkomplu nitkellmu dwar il-bidu ta’ Inizjamed - Adrian Grima u Anna Zammit, Karsten Xuereb
- Programm 3: Il-Kelma tradotta
- Programm 4: Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta u l-mużika - Jes Psaila u Rafel Grima
- Programm 5: Il-letteratura u l-politika - Kit Azzopardi, Keith Borg, Karl Schembri, Immanuel Mifsud
- Programm 7: Disinji, dehra u dawl - Justine Somerville, Darren Tanti, Ken Scicluna u Matthew Schembri
- Programm 6: Publikazzjonijiet - Kit Azzopardi, Antoine Cassar, Claire Azzopardi, Roderick Mallia
- Programm 8: Films, filmati u fotografija - Leanne Ellul, Virginia Monteforte, Katel Delia
- Programm 9: Proġetti u pjanijiet - Justine Somerville, Antoine Cassar, Priscilla Cassar u Elena Cardona
- Programm 10: Volontiera u vjaġġi - Karsten Xuereb, Jean Paul Borg u Rachelle Deguara
- Programm 11: Il-qari performattiv u l-palk ħieles - Claudia Gauci, Klara Vassallo u Bradley Cachia
- Programm 12: Il-kittieba/Il-Festival - Claudia Gauci, Abigail Ardell Zammit, Rita Saliba, John Portelli
- Programm 13: Xi jmiss għal Inizjamed - Leanne Ellul, David Aloisio, Claudia Gauci