Fejn Kontu?

Fejn Kontu?

"Fejn Kontu?" hija sensiela ta' programmi organizzati mill-Moviment Graffitti fejn se jiġi diskuss ix-xogħol kurrenti u passat tal-organizzazzjoni. F'għeluq it-tletin sena mit-twaqqif tal-Moviment Graffitti, il-membri xtaqu jaqsmu mal-pubbliku ftit mill-istorja tal-organizzazzjoni b'diskussjonijiet mal-membri li waqqfuha u membri kurrenti li qegħdin jiġġieldu għal Malta aħjar. Is-sensiela se tkopri l-istruttura tal-organizzazjoni u kif jaħdmu l-membri bejniethom, esplorazzjoni tal-oriġini tal-grupp u rebħiet matul is-snin.

Produzzjoni u preżentazzjoni tal-Moviment Graffitti.


https://www.um.edu.mt/services/campus1037/ondemand/malteselanguagehistoryculture/fejnkontu/