Mario Coleiro flimkien ma' Joseph Galea, se jduru diversi festi maġġuri u sekondarji madwar Malta u Għawdex u jiddiskutu dan il-kult li għadu verament b'saħħtu f'pajjiżna. Se nduru diversi parroċċi, bliet, bażiliki u kolleġġjati u nsiru nafu kurżitajiet interessanti: soċjetajiet u għaqdiet ta' baned, skulturi li ħadmu fuq statwi uniċi, kif ukoll se nagħtu ħarsa lejn festi tal-ġirien tagħna fost l-eqreb bħal Sqallija. Programmm li jħares lejn il-kronoloġija ta' kif żviluppa dan il-fenomenu tal-festi.
Programm 1: L-iżvilupp tar-Reliġjon f'Malta, u tip ta' festi sa mill-qedem
Programm 2: Festi tradizzjonali bħall-Imnarja u San Girgor
Programm 3: Kif bdew jitkabbru u l-iżvilupp tal-knejjes
Programm 4: L-influwenza li ħalliet l-Ordni fuq il-festi tagħna
Programm 5: Kif ġew introdotti il-purċissjonijiet
Programm 6: L-introduzzjoni tal-vari
Programm 7: L-influwenza ta' stili ta' arti f'perjodi differenti fuq il-vari
Programm 8: L-introduzzjoni ta' armar fil-knejjes
Programm 9: L-iżvilupp tal-armar fil-knejjes
Programm 10: L-introduzzjoni tal-armar fit-toroq
Programm 11: L-iżvilupp tal-armar fit-toroq
Programm 12: Il-bidu tal-baned u l-iżvilupp tagħhom (1)
Programm 13: Il-bidu tal-baned u l-iżvilupp tagħhom (2)
Programm 14: Il-logħob tan-nar
Programm 15: Il-festi fi żmien il-gwerra
Programm 16: Il-festi wara l-gwerra
Programm 17: Id-dilettanti tal-festi
Programm 18: Il-festa Maltija fil-ġejjieni