Din is-sensiela fuq Vassalli se tlaqqagħna mar-riċerkaturi li ħadmu fuq aspetti differenti tal-ħidma politika u akkademika tiegħu. Vassalli kien promutur tal-ilsien Malti daqskemm ried iġib 'il quddiem is-sehem tal-Maltin fil-gvern tal-Ordni. Mill-banda l-oħra, ċerti deċiżjonijiet li ħa mhumiex ċari fi żmienna. Veru li kien irid isir qassis biex jisfrutta l-opportunità li jitgħallem l-Għarbi fl-istituzzjonijiet Kattoliċi? Jekk kien iħobb lil Napuljun, kif telaq ħabta u sabta minn Ruma malli sema' l-istorbju tal-Franċiżi fuq l-għatba tal-Belt Eterna. Wara l-eżilju veru taha għan-negozju biss u abbanduna l-ħolm ta' żgħożitu fuq ilsienna? Imma mbagħad, meta rritorna Malta 20 sena wara, għala l-ewwel ma ħaseb kien f'edizzjoni ġdida tad-dizzjunarju? U l-Maltin għala ma difnuhx f'ċimiterju tal-Knisja u seħtuh wara mewtu?
Programm 1: Il-bijografija ta' Mikiel Anton Vassalli: l-istoriku, id-dokumenti, l-immaġinazzjoni - Prof. Frans Ciappara
Programm 2: L-Imblokk
Programm 3: Prospetto - Prof. Frans Ciappara
Programm 4: Il-pubblikazzjonijiet ta' Vassalli
Programm 5: Il-konġura kontra l-Ordni - David Agius Muscat
Programm 6: Panzavecchia u Vassalli fl-Università - David Agius Muscat
Programm 7: L-eżilju f'Korsika: Kalcidon Fenech u Vassalli - Richard Spiteri
Programm 8: It-traduzzjoni tal-Vanġeli - Rev. Dr Paul Sciberras
Programm 9: Cleardo Naudi - Olvin Vella
Programm 10: Il-kursara f'Korsika - Liam Gauci
Programm 11: Ġannikol Muscat - Prof William Zammit
Programm 12: Meta l-Maltin għażlu d-demokrazija fi żmien l-Imblokk - Michael Buhagiar
Programm 13: Xi tfisser il-figura ta' Vassalli għall-Moviment tal-Malti - Joe P. Borg
Programm 14: Ir-riabilitazzjoni ta' Vassalli - Henry Franz Gauci
Programm 15: Ħajjet Vassalli: mill-ewwel studju f'Malta sal-mawra f'Ruma
Programm 16: Ħajjet Vassalli: mill-konfoffa kontra l-Ordni sal-kollaborazzjoni mal-Protestanti
Programm 17: Sejbiet fl-Arkivju Parrokkjali tan-Naxxar - Pawlu Catania