Il-Kelma fil-Kant

Il-Kelma fil-Kant

Din is-sensiela tifli nisġet il-Malti fil-kanzunetti u tiffoka lis-semmiegħa għar-relazzjonijiet bejn il-ħoss u l-kelma. Tfittex, f'għadd ta' kanzunetti Maltin, il-lingwa u l-istrutturi minn perspettiva narratoloġika għax is-sensiela temmen fl-importanza li l-komponent tal-ħoss għandu fl-effettivita' tal-messaġġi li l-kantanti jridu jwasslu In-nisġa ta' kanzunetta tiddependi, fost oħrajn, fuq mekkaniżmi letterarji. L-għan ġenerali ta' din is-sensiela huwa li l-programmi jesploraw waqt li jagħtu skop għal ħsieb utiq li jista' jistimula aktar diskussjoni.

Produzzjoni u preżentazzjoni ta' Prof. Charles Briffa u Celaine Buhagiar.

Programm 1: Għanja - kanzunetta - song; Il-kuntest fil-kanzunetti; L-Aħħar bidwi f'Wied il-Għasel - Diskussjoni fuq din id-diska
Programm 2: X'inhu ħoss?; Ħoss - sawnd; in-narrattiva; il-karozzin - diskussjoni fuq din il-kanzunetta
Programm 3: Diskussjoni u analiżi fuq il-kanzunetta Sieħbi fil-Kabord tal-Kċina
Programm 4: Diskussjoni u analiżi fuq il-kanzunetta L-Avukat tal-Karozzin
Programm 5: Analiżi u diskussjoni fuq il-lingwa ta' Il-Festa kliem ta' Joe Friggieri u kantata minn Mary-Rose Mallia
Programm 6: Analiżi u diskussjoni fuq il-lingwa ta' Id-Dar tan-Nanna ta' Corazon Mizzi
Programm 7: Analiżi tal-kunċett Innu u qrajna u għamilna diskussjoni tal-Innu Malti; l-Innu lill-Madonna; l-Innu ta' Filgħodu u l-Innu lill-Bniedem
Programm 8: Spjegajna t-terminu għanja u tajna xi eżempji mil-letteratura Maltija u tindaqq il-kanzunetta Hekk biss ikun poeta kantata minn Vince Fabri u hija poeżija ta' Oliver Friggieri Imbagħad semmejna xi taqbiliet
Programm 9: L-għana: l-istorja tal-għana Malti fil-qosor Is-sengħa tal-kelma fl-għana Malti
Programm 10: Analiżi u diskussjoni fuq l-użu tal-Malti fil-kanzunetta Rajt ma Rajtx, Smajt ma Smajtx
Programm 11: Analiżi tal-kanzunetti: Xemx u Kewkba
Programm 12: Analiżi tal-kanzunetti Niftakar Fik ta' The Followers u Għal Dejjem ta' Freddie Portelli
Programm 13: Il-kanzunetti Tal-Pastizzi ta' David Azzopardi u Filgħodu Kmieni ta' Ralph Dougall
Programm 14: Analiżi u diskussjoni tal-kanzunetta Jien ma Naħdimx
Programm 15: Analiżi u diskussjoni tal-kanzunetta Fejn Staħbejtli ta' Ira Losco
Programm 16: Analiżi u diskussjoni tal-kanzunetta Imħabba f'Kemmuna
Programm 17: Analiżi u diskussjoni tal-kanzunetta Miss Scicluna
Programm 18: Ħarsa lura lejn il-kunċetti ewlenin tas-sensiela: l-ambjent konjittiv; il-kuntest unitarju; it-tlaqqigħ ta' sound u sentiment (il-ħoss u il-ħass); in-narrattiva fil-kanzunetti; il-funzjoni tan-narratur; il-konversazzjoni fil-kanzunetti; il-kanzunetta bħala komunikazzjoni; is-soġġettività


https://www.um.edu.mt/services/campus1037/ondemand/malteselanguagehistoryculture/il-kelmafil-kant/