Il-programm jippreżenta l-iktar studji riċenti dwar il-personalità letterarja kumplessa ta' Juann Mamo mill-Konferenza Juann Mamo li saret f'Ottubru tal-2013. Minbarra l-analiżi ta' studjużi minn oqsma differenti, Manwel Mifsud jaqra siltiet mill-edizzjoni l-ġdida tar-rumanz ikoniku Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka.
Produzzjoni u preżentazzjoni ta' Dr Adrian Grima
Programm 1: Juan Mamo u l-edukazzjoni tul il-ħajja
Programm 2: Juan Mamo u r-realiżmu
Programm 3: Il-post ta' Juan Mamo fl-istorja letterarja Maltija
Programm 4: It-tradizzjonijiet popolari fi Juan Mamo
Programm 5: Il-poeżija ta' Juan Mamo
Programm 6: Il-poeżija ta' Julian Mamo; Rakkonti: Iz-zija u l-fatat; Bikja ta' xebba
Programm 7: L-innovazzjoni lingwistika u letterarja ta' Juan Mamo
Programm 8: Il-kreattività ta' Juan Mamo
Programm 9: L-użu tad-djalett fir-rumanz Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka ta' Juan Mamo
Programm 10: It-traduċibilità tax-xogħol ta' Juan Mamo
Programm 11: Meta r-rakkontatur ma jirakkontax fir-rumanz ta' Juan Mamo Ulied in-nanna Venut fl-Amerka
Programm 12: Kitba letterarja li l-qari ma jaħkimhiex - kitba li ma tinqarax faċilment
Programm 13: Persunaġġi u karattri tar-rumanz ta' Mamo
Programm 14: L-emigrazzjoni lejn l-Amerka
Programm 15: L-univers mediku fi żmien Juan Mamo fil-bidu tas-seklu 20
Programm 16: Il-frakka ta' Mamo
Programm 17: Persunaġġi reali li jissemmew fir-rakkont Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka