Ħarsa lejn l-istorja tal-imtieħen f'dawn il-Gżejjer tul iż-żminijiet. F'din is-serje, fost l-oħrajn, se naraw kif beda l-qamħ f'Malta u l-prożess li kien jgħaddi minnu sakemm kien jintaħan u jispiċċa dqiq. Kien hemm ukoll żminijiet meta minħabba n-nuqqas ta' xita l-Maltin sofrew il-guħ, u għalhekk il-kavallieri flimkien mal-Maltin kienu jissugraw ħajjithom biex jiksbu din ix-xitla.
Produzzjoni u preżentazzjoni ta' Margaret Agius
Programm 1: Kif beda l-qamħ f'Malta
Programm 2: Kif jitkabbar u jinħadem il-qamħ
Programm 3: Kif u fejn jinħazen il-qamħ
Programm 4: X'ġara fil-Furjana
Programm 5: Il-mitħna tal-miexi u l-mitħna tal-qamħ tal-idejn
Programm 6: L-imtieħen tar-riħ (1)
Programm 7: L-imtieħen tar-riħ (2)
Programm 8: L-imtieħen tar-riħ (3)
Programm 9: L-imtieħen tar-riħ (4)
Programm 10: L-imtieħen tar-riħ (5)
Programm 11: Ix-xogħol tal-pinnur u t-tħin u s-separazzjoni tal-qamħ
Programm 12: Il-proċess tat-tħin
Programm 13: Intervista mal-familja Apap li tgħix f'mitħna f'Malta
Programm 14: L-imtieħen tal-istim (1)
Programm 15: L-imtieħen tal-istim (2)
Programm 16: L-imtieħen tal-fjuwil
Programm 17: Il-ħobż (1)
Programm 18: Il-ħobż (2)