Dr Karsten Xuereb jintervista lil Dr Anthony Pace f'forma ta' djalogu u konverżazzjoni dwar punti ewlenin u attwali dwar il-patrimonju ħaj, minn perspettivi lokali, nazzjonali u internazzjonali .Il-Programmi għandhom iqanqlu sens ta' kurżità u pjaċir fis-semmiegħa ta' Campus 103.7, speċjalment min iħobb jisma' u juża l-ilsien Malti f'oqsma kulturali, ekoloġiċi u tar-riċerka tas-soċjetà.
Programm 1: Introduzzjoni għall-kunċetti ewlenin fil-patrimonju tanġibbli u intanġibbli
Programm 2: Daħla għall-iżvilupp tal-patrimonju bħala settur fih innifsu: Malta u barra
Programm 3: Valuri 1: estetiċi, soċjali, xjentifiċi
Programm 4: Valuri 2: ekonomiċi, turistiċi, fis-soċjetà ċivili
Programm 5: Valuri 3: Stewardship u sostennibilità
Programm 6: Kunċetti ewlenin: l-awtentiċità, il-ġenwinità, tensjonijiet u bilanċ fl-iżvilupp urban u rurali
Programm 7: Il-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin tal-patrimonju (1)
Programm 8: Il-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin tal-patrimonju (2)
Programm 9: Il-UNESCO u l-Lista tal-Wirt Dinji x'ifissru għal Malta
Programm 10: L-iżviluppi fil-governanza u l-prassi Maltija
Programm 11: Il-patrimonju u t-turiżmu
Programm 12: Ir-relazzjoni bejn il-patrimonju u setturi oħra
Programm 13: Għeluq b'ħarsa lura u 'l quddiem