Il-programm huwa msejjes fuq mużika li fil-parti l-kbira tagħha hija ntiża li tkun aċċessibli għal firxa ta' udjenzi. L-għażla mużikali tiffoka l-aktar fuq siltiet klassiċi flimkien ma' ġeneri oħra bħal jazz, mużika tal-films, u kanzunetti popolari. Barra minn hekk, kull programm jinkludi intervista qasira ma' mistiedna li jitrattaw tema artistika partikolari. Fost il-mistednin li taw kontribut għal Programmi bħal dawn fil-passat, nistgħu insemmu akkademiċi, artisti, riċerkaturi, u kuraturi ta' mużewijiet jew postijiet storiċi.
Dr Silvio J Camilleri.
Programm 1: Dr Christian Attard jitkellem dwar Artisti Taljani f'Malta tas-seklu dsatax (1)
Programm 2: Dr Christian Attard jitkellem dwar Artisti Taljani f'Malta tas-seklu dsatax (2)
Programm 3: Ino Bonello jitkellem dwar l-artist Giovanni Bonello u uliedu
Programm 4: Ino bonello jitkellem dwar l-artist u restawratur Carmelo Bonello
Programm 5: Roderick Camilleri jitkellem dwar Arti Op (Optical Art) (1)
Programm 6: Roderick Camilleri jitkellem dwar Arti Op (Optical Art) (2)
Programm 7: Roderick Camilleri jitkellem dwar Land Art
Programm 8: Vincent Mangani jitkellem dwar l-istorja tal-ikonografija
Programm 9: Vincent Mangani jitkellem dwar il-proċessi u materjali użati fl-ikonografija
Programm 10: Vincent Mangani jitkellem dwar simboliżmu fl-ikonografija
Programm 11: Vincent Mangani jitkellem dwar is-simboliżmu fl-ikonografija b'referenza partikolari għal Andrei Rublev
Programm 12: Vincent Mangani jitkellem dwar l-ikonografija kontemporanja b'referenza partikolari għall-arti tiegħu
Programm 13: Dr Christian Attard jitkellem dwar Arti Funerarja (1)
Programm 14: Dr Christian Attard jitkellem dwar Arti Funerarja (2)
Programm 15: Ir-resawratriċi Amy Sciberras titkellem dwar il-koppla tal-kappella fil-Mużew tal-Katidral tal-Imdina
Programm 16: Ir-resawratriċi Amy Sciberras titkellem dwar il-kwadru titulari fil-knisja Ta' Liesse, il-Belt Valletta
Programm 17: Ir-resawratriċi Amy Sciberras titkellem dwar pittura tal-artist Dimitri Grigorevic Levitzky li turi lill-Imperatriċi
Programm 18: Roderick Camilleri jitkellem dwar Pop Art