Vjaġġ radjufoniku mżewwaq li jeħodna lura fis-snin permezz ta' siltiet letterarji varji. Minn novelli u poeżiji sa essays u artikli f'gazzetti jew rivisti Minn lirika ta' kanzunnetti sa taqbiliet, idjomi u qwiel. Niffukkaw fuq suġġetti varji, fuq dak kollu li jagħmilna mhux biss bnedmin iżda wkoll Mediterranji u Maltin. Dan kollu f'burdata sajfija u eklektika, iżda fuq kollox leġġera u divertenti.
Produzzjoni ta' Anton Farrugia.
Programm 1: Tliet Għannejja ta' Ġorġ Pisani; Pietru Caxaro u l-Cantilena; Rużar Briffa u Lill-Ommi; Frans Baldacchino Il-Budaj u Lament
Programm 2: Żagħżugħ ta' Dejjem: Il-Baħar (1)
Programm 3: Żagħżugħ ta' Dejjem: Il-Baħar (2)
Programm 4: Erba' blatiet: L-arcipelagu Malti (1)
Programm 5: L-arcipelagu Malti (2): Għawdex, Kemmuna, Filfla, Il-Blata tal-Ġeneral u l-Gżejjer ta' San Pawl
Programm 6: F'Ulied l-Art, Xenqet ir-Raba' (1)
Programm 7: F'Ulied l-Art, Xenqet ir-Raba' (2)
Programm 8: Imkejjen ta' qima mill-Ġgantija sar-Rotunda (1)
Programm 9: Imkejjen ta' qima mill-Ġgantija sar-Rotunda (2)
Programm 10: Imkejjen ta' qima mill-Ġgantija sar-Rotunda (3)
Programm 11: Mard, Duwa u Fejqan (1)
Programm 12: Mard, Duwa u Fejqan (2)
Programm 13: Għana, Daqq u Żfin (1)
Programm 14: Għana, Daqq u Żfin (2)
Programm 15: Għana, Daqq u Żfin (3)
Programm 16: Għana, Daqq u Żfin (4)
Programm 17: Il-familja fil-kultura Maltija Mediterranja
Programm 18: Għerf missirijietna fil-qwiel Maltin