Min jaf kemm-il darba rajna oġġett qadim quddiem għajnejna u ġietna il-mistoqsija: imma tgħid x'inhi l-istorja wara dan l-oġġett? Kull episodju juża oġġett partikolari biex min hemm jibda vjaġġ f'epoka partikolari, spunt li minnu nisiltu kemm il-ħajja fl-imgħoddi, kif ukoll l-arti u x-xjenza tal-Istorja bħala dixxiplina li tipprova tifhem dak li seħħ.
Programm 1: Introduzzjoni għas-sensiela u diskussjoni dwar il-mudell tal-gondola tal-Gran Mastru Adrien de Wignacourt (1690-1697) u l-Port il-Kbir
Programm 2: Krystle Attard Trevisan: Il-kollezzjoni ta' stampi tal-Konti Saverio Marchesi li tinsab fil-Mużew tal-Katidral tal-Imdina
Programm 3: Dr Anna Borg Cardona: Il-kitarri u l-manifattura ta' strumenti mużikali fis-seklu 17, b'emfażi fuq Matteo Morales li kien jgħix il-Belt lejn l-aħħar tas-seklu sbatax u kien jaħdem il-kitarri
Programm 4: Francesca Balzan - Ċurkett magħruf bħala il-ħatem tal-qarnita, oġġett li jgħaqqad flimkien il-ġojjellerija, il-mediċina, ir-reliġjon, il-folklore u l-maġija
Programm 5: James Hamberger - Id-djarji (c1894-1901) ta' Paymaster John Cecil Baker, liema djarji jinsabu il-Mużew Marittimu ta' Malta, il-Belt Vittoriosa
Programm 6: Prof. Ruben Paul Borg - It-torri tal-ilma magħmul mill-concrete li jinsab il-Marsa u kien maħdum fis-snin 30 tas-seklu dsatax
Programm 7: Jonathan Borg - Il-Kolonna ta' Amati, li illum tinsab ġewwa il-Mużew Marittimu ta' Malta, fil-Belt Vittoriosa Din il-kolonna serviet bosta għanijiet matul is-sekli
Programm 8: Catherine Tabone: sett ta' statwetti tat-tafal magħmula minn Pawlu Scicluna (1855-1933) li huma esebiti fil-Palazz tal-Inkwiżitur ġewwa l-Birgu
Programm 9: L-Imħallef Giovanni Bonello - fdal minn bandiera Ingliża, li kienet tinsab il-Liceo il-Belt Valletta, u li din il-biċċa minn bandiera tqaċtet waqt l-irvellijiet tas-7 ta' Ġunju 1919
Programm 10: Maria Elena Zammit - l-istatwetta preistorika ferm magħrufa msejħa il-mara rieqda
Programm 11: Claudia Garradas - Ktieb stampat fl-aħħar tas-seklu tmintax, it-Tratado das Cores (1787) miktub mill-Kavallieri Portugiż tal-Ordni ta' San Ġwann, Diogo de Carvalho e Sampaio
Programm 12: Hilary Spiteri - tavola li kienet tintuża fl-akkademji artistiċi biex jiġu studjati il-proporzjonijiet tal-ġisem uman u 2 plaster cast magħruf bħala the Dying Gaul
Programm 13: Elaine Debono - mudelli anatomiċi, magħmula mix-xema, li kienu jintużaw fis-seklu dsatax għat-tagħlim u taħriġ tal-qwiebel u l-infermiera
Programm 14: Caroline Miggiani - il-pitturi tal-artist Brittanniku Leslie Cole li jiffukaw fuq il-qerda u t-tbatija li n-nies f'Malta għaddew minnha matul it-Tieni Gwerra Dinjija
Programm 15: Dr Mark Sagona: par lantieri proċessjonali, xogħol ta' Francesco Saverio Sciortino (1875-1958), li kienu saru għall-Bażilika tan-Nadur, Għawdex, fl-1903
Programm 16: Dr Daniel K Gullo: ktieb stampat fis-sena 1500 fil-Monasteru ta' Santa Maria de Montserrat; l-edizzjonijiet bil-Latin u fil-Kastilja tal-Exercitatorio dela vida spiritual tal-Abbati Garcia Jimenez de Cisneros
Programm 17: Emanuel Buttigieg and Liam Gauci: Konklużjoni għas-sensiela u diskussjoni dwar il-pulena tal-HMS Hibernia li tinsab ġewwa il-Mużew Marittimu ta' Malta bil-Belt Vittoriosa
Programm 1: Introduzzjoni għas-sensiela u diskussjoni dwar manuskritt tan-nofs tas-seklu 17, bit-titlu Instruttione lasciata da Monsigor Galeazzo Marescotti Inquisitore di Malta a Monsigor Ranuzzi Suo Successero, (c1666)
Programm 2: Dr Patricia Camilleri - L-ewwel mitt sena tan-nisa fl-Università ta' Malta
Programm 3: Prof. Timmy Gambin - Sejbiet li saru fuq xini Feniċu li għereq fl-ibħra viċin Għawdex madwar 2,700 sena ilu
Programm 4: Prof. Timmy Gamin - boxla tas-seklu sbatax u strumenti oħra marbuta mal-baħar
Programm 5: Richard Cauchi: ser ikunu qed jitħadtu dwar manuskritt magħruf bħala Cause Book, mill-Qorti tal-Ammiraljat Brittanika, li ikopri l-1794-95
Programm 6: Dr Dennis Mizzi - Il-ġarra u għatu tal-fuħħar mill-Palestina Antika
Programm 7: Dr Reuben Grima - Funtana kurjuża maħduma minn pedestall tal-irħam, li nstabet fis-seklu sbatax fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar minn Ġan Franġisk Abela (1582-1655)
Programm 8: Dr Charles Farrugia - Medaljun tal-fidda tal-fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-Imqabba
Programm 9: Bernadine Scicluna - set ta' erba' mapep li juru xeni mill-Assedju il-Kbir tal-1565, maħduma ġewwa Venezja fil-bottega ta' Giovanni Francesco Camocio
Programm 10: Prof Nicholas Vella - L-istatwa ekwestri tal-Imperatur Marcus Aurelius f'Ruma
Programm 11: Caroline Tonna - Libsa tas-seklu tmintax magħrufa bħala robe volante
Programm 12: Michael Buhagiar - karru mgħamul mill-injam u jimxi fuq ir-roti, li kien jintuża biex fil-pesta tal-1813 iġorr lil vittmi lejn il-post tad-difna
Programm 13: Emanuel Buttigieg u Liam Gauci - il-pesta tal-1592
Programm 14: Emanuel Buttigieg u Liam Gauci - il-pesta tal-1676
Programm 15: Kenneth Cassar u Malcom Borg - L-istorja tal-ikel u l-proġett Taste History
Programm 16: Ivan Cocker - Il-ħolqien ta' mudel ta' fortifikazzjoni Maltija tal-1798 li m'għadiex teżisti, il-Batterija tal-Għargħar
Programm 17: L-Statuta Hospitalis Hierusalem tal-1588, kummissjonat mill-Gran Mastru Hughes Loubens de Verdalle (r1582-1595)
Programm 1: Introduzzjoni; Platt tal-porċellana tas-seklu tmintax mill-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu - Dr Nathaniel Cutajar
Programm 2: Xogħlijiet, u kopji ta' xogħlijiet, ta' Albrecht Dürer, fil-kollezzjoni Nazzjonali - Krystle Attard Trevisan
Programm 3: Il-manuskritt tan-Nutar Bernardo Maria Callus - Rakele Fiott
Programm 4: Dr Maxine Anastasi - Amfora li ġejja jew mil-Perjodu tardiv Puniku, jew minn dak bikri Ruman, u li fil-fatt eżempji simili insibuhom mhux biss Malta, imma anke Ġerba, Pantelleria, Sqallija u t-Tuneżija
Programm 5: L-affreski ġewwa il-Palazz tal-President, il-Belt Valletta, li juru xeni mill-Assedju il-Kbir tal-1565 tal-artist Matteo Perez d'Aleccio - Ms Jennifer Porter u Dr Chiara Pasian
Programm 6: Michael Buhagiar - Il-fdalijiet tal-ajruplan 'Vulcan' f'Ħaż-Żabbar
Programm 7: Il-monument tar-Reġina Vittorja f'Misraħ ir-Repubblika fil-Belt Valletta - Simone Azzopardi
Programm 8: HMS Safari Jolly Roger - Keith Gatt
Programm 9: Pjanta li turi l-Kanċellerija tal-Palazz tal-Inkwiżitur tas-sena 1700 - Kenneth Cassar
Programm 10: L-ittra ta' Napuljun Bonaparte fejn ordna l-preparamenti għall-invażjoni ta' Malta fl-1798
Programm 11: Xwabel fi djar privati - Franco Davies
Programm 12: 'George Medal' - Mario Farrugia
Programm 13: Manuskritt tan-Nutar Brandano de Caxaro - Vanessa Buhagiar