Dan il-programm jistieden lis-semmiegħa għal taħdita mnebbħa minn Clio, li fil-mitoloġija tal-Greċja tal-qedem, kienet il-muża tal-istorja u l-istoriċi. F’din is-sensiela ġdida għal CampusFM, Emanuel Buttigieg u Liam Gauci ser jiddiskutu numru ta’ temi storiċi u kontemporanji. L-għan huwa li nsawru qafas fejn l-imgħoddi (dak li seħħ) u l-istorja (d-dixxiplina li tipprova tagħmel sens min dak li seħħ) jiltaqgħu sabiex flimkien jinsġu stampa aktar ħajja. Fost temi oħra, nippjanaw li niddiskutu dawn li ġejjin: Il-Kavallieri x’għamlu għalina? L-aqwa ħames gran mastri, Mintoff, Pesti u pandemiji, L-aqwa ħames gvernaturi kolonjali, Fake history fl-istorja Maltija, Nisa prominenti fl-istorja ta’ Malta, Il-Mediterran: ċentru jew periferija? Xi tfisser storja globali? Invażjonijiet, Fortifikazzjonijiet: tajbin u ħżiena, Eroj u anti-eroj.