Programm marbut mal-pubblikazzjoni ewlenija tal-Għaqda, Leħen il-Malti. Leħen il-Malti li ilu joħroġ sa mill-1931 u l-2016 se tara l-35 ħarġa tar-rivista. Din ir-rivista tlaqqa' fiha xogħlijiet ta' kittieba emerġenti u oħrajn stabbiliti li jvarjaw minn proża, għal poeżija, għal traduzzjonijiet u anke studji ta' natura letterarja u lingwistika. Dan il-programm jagħtikom togħma tax-xogħlijiet ippubblikati fil-passat u anke jlaqqagħkom ma' għadd ta' awturi żgħażagħ. Tal-Widna huwa programmm ġdid iffinanzjat mill-fond Kun Attiv tal-Aġenzija Żgħażagħ, bl-appoġġ ta' Campus 103.7 u Klabb Kotba Maltin.
Il-produzzjoni hi tal-Għaqda tal-Malti - Università.
Programm 1: Il-baħar - Kit Azzopardi u Stefano Farrugia
Programm 2: L-art - Kit Azzopardi, Theresa Abdilla u Glenn Chircop
Programm 3: Il-ħajja u l-mewt - Glenn Chircop, Theresa Abdilla, Maria Camilleri u Bernice Abdilla
Programm 4: ħbiberija - Glenn Chircop, Maria Camilleri, Dorothy Bezzina u Stephen Lughermo
Programm 5: L-imħabba - Albert Kitney, Victoria Pisani, Dorothy Bezzina u Sara Vella
Programm 6: Ilsien - Albert Kitney, Dorianne Bonello, Victoria Pisani u Dwayne Ellul
Programm 7: L-effimerità - Albert Kitney, Manwel Xuereb, Beverly Agius u Matthew Schembri
Programm 8: It-tfal - Albert Kitney, Bernice Magro, Leanne Ellul u Dorianne Bartolo
Programm 9: Il-festa - Glen Chircop, Kit Azzopardi, Sephora Francalanza u Andrea Cassar
Programm 10: Il-familja - Kit Azzopardi, Sephora Francalanza, Marilyn Mintoff u Matteo Pullicino
Programm 11: Int u Jien - Sephora Francalanza, Luke Galea, Dorianne Bonello u Beverly Agius
Programm 12: Għana - Luke Galea, Leanne Ellul, Keith Attard u Michael Spagnol
Programm 13: Teknoloġija - Manwel Xuereb, Gabriel Lia, Dorianne Bartolo, Maria Debono
Programm 14: Abbuż - Manwel Xuereb, Gabriel Lia, Chardian Camilleri
Programm 15: Il-ġisem - Marilyn Mintoff, Dorianne Bartolo, Kit Azzopardi u Dorianne Bonello
Programm 16: Immigranti u emigranti - Marilyn Mintoff, Dorothy Bezzina, Dorianne Bartolo u Elena Cardona
Programm 17: Persuni u personaġġi - Marilyn Mintoff, Dorianne Bartolo u Matteo Pullicino.