Teżor Majestuż - Arti, Storja u Karattri mill-Kon-Katidral ta' San Ġwann
Wieħed mill-akbar teżori li nsibu fil-gżejjer Maltin, huwa bla dubju ta' xejn il-Kon-Katidral ta' San Ġwann. Kull minn jidħol fih jibqa' mmeraviljat dwar dawk id-dettalji u teżori kollha. Iżda hemm ħafna aktar x'jingħad dwar dawn l-istess dettalji. Xi stejjer hemm wara it-teżori artistiċi li nsibu fil-Kon Katidral ta' San Ġwann? Minn kienu l-artisti li ħolqu dawn il-kapulavuri? Minn ħallas għal dawn it-teżori? Mil-liema avvenimenti storiċi għadda minnhom il-Kon Katidral ta' San Ġwann? X'ċerimonji kienu jsiru f'dan il-lok qaddis? Min kienu in-nies midfuna u mfakkra fil-Kon-Katidral?
Riċerka, kitba u preżentazzjoni ta' Vincent Zammit.
Programm 1: Il-faċċata tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann
Programm 2: Mattia Preti u l-pittura fis-saqaf
Programm 3: Gran Mastru Zondadari u gran mastri, eroj u qaddisin impinġija minn Preti
Programm 4: Gran Mastru Jean l'Evesque de la Cassiere, Kavallier Vespassione Malaspina, eroj u qaddisin tal-Ordni u pittura ta' Mattia Preti
Programm 5: Presbiterju
Programm 6: Tapestries, corridor to Oratory, tombstones
Programm 7: Burial of Grand Masters, Grand Masters' crypt, monument to Grand Master
Programm 8: Crypt of Grand Masters; sacristy; monuments to Grand Masters
Programm 9: Relikwi, Kappella San Karlu Borromeo, Kappella tal-Lingwa Anglo Bavarja
Programm 10: Kappella Lingwa Franza, Mattia Preti, Monumneti, Gran Mastru de Rohan, Gran Mastru Adrien de Wignacourt
Programm 11: Kappella Madonna ta' Carafa, Madonna ta' Filermos
Programm 12: Kappella tal-Lingwa ta' Provenzja, Gran Mastru de Paule, Gran Mastru Lascaris
Programm 13: Kappella tal-Lingwa ta' Provenza u l-Kappella ta' San Bastjan
Programm 14: Kappella tal-Lingwa tal-Italja
Programm 15: Kappella dedikata lil San Ġorġ
Programm 16: Kappella tal-lingwa tal-Ġermanja ddedikata liż-żjara tat-Tliet Slaten Maġi
Programm 17: Kappella dedikata lil San Ġakbu tal-lingwa ta' Kastilja, Leon u Portugal; L-Oratorju tal-qtugħ ir-ras ta' San Ġwann