Sensiela li tikxef stejjer marbuta ma' binjiet, statwi, strutturi, artifatti f'mużewijiet u ġrajjiet oħra marbuta mal-istorja ta' pajjiżna, li ħafna drabi ma jkunux magħrufa jew aċċessibli għal pubbliku.
Programm 1: Il-ġrajja wara il-kappella li tinsab taħt l-art fid-daħla tal-Birgu imsejħa 'Fejn Sabu s-Sinjur' - Patri Martin Borg u Matthew Balzan; Il-Galera x'kienet? - Liam Gauci
Programm 2: Il-kwadri żgħar imsejħa Ex-Voto - Michael Buhagiar u Gabriel Farrugia; Il-ġrajja ta' baħri Ingliż li jinsab midfun fiċ-ċimiterju tal-Birgu - Matthew Balzan
Programm 3: Sett statwetti tat-tafal li jinsabu fil-Palazz tal-Inkwiżitur - Catherine Tabone Il-kmamar tal-Palazz tal-Granmastru li sa issa ma hemmx aċċess għalihom minħabba li kienu jintużaw għax-xogħol parlamentari - Robert Cassar
Programm 4: Ritratti li għandhom rabta mal-pittur Guzeppi Calì - Caroline Tonna Censu Brared u f'liema perjodu fl-istorja ta' Malta kien attiv bis-sħiħ - Mario Coleiro
Programm 5: X'kienet il-karrakka - Liam Gauci; Għaliex waħda mill-kappelli ta' Santa Marija li tinsab f'Ħal Qormi tissejjaħ 'Tal-Qrejċa' Mario Coleiro; Il-ġrajja tal-konġuri tal-ilsiera fi żmien l-Ordni - Kenneth Cassar
Programm 6: Gilormu Cassar fl-Arkivji Notarili - Dr Joan Abela; X'kien jinvolvi ix-xogħol tal-majjistra - Janice Caruana; Il-Gvernatur Congreve xtaq li jindifen f'post partikolari Fejn? - Vince Zammit
Programm 7: Fil-mużew tal-Parroċċa ta' Ħaż-Żabbar insibu karru ta' żmien il-pesta - fejn u kif instab? - Michael Buhagiar; Il-kannierja tal-Kolleġġjata ta' San Pawl fil-Belt Valletta - Robert Cassar; Il-Bażilika tal-Porto Salvu fil-Belt u Patri Ottoman - Kenneth Cassar
Programm 8: Il-kampnari u l-qniepen tal-Knisja ta' B'Kara - Mario Gauci; Aktar dokumenti misjuba fl-arkivji notarili - Dr Joan Abela; X'hemm mirdum maġenb il-Villa Rumana fir-Rabat Malta - Janicka Buhagiar
Programm 9: L-istorja ta' Miġra l-Ferħa - Mario Coleiro; Kontenitur żgħir tal-injam li ġie akkwistat mill-Mużew Marittimu - Liam Gauci; Postijiet f'Malta fejn kienet tingħata l-mewt permezz tal-forka - Matthew Balzan
Programm 10: Razzini: kunjom marbut mal-Parroċċa tal-Marsa Għaliex? - Pawlu Dimech; Apparti il-kripta tal-Granmastri, fil-konkatidral insibu kannirja oħra li tissejjaħ ta' Bartolott - Cynthia De Giorgio; il-fotografu Preziosi - Caroline Tonna
Programm 11: L-istorja kampanologika f'Malta - Kenneth Cauchi; il-ħajja fi żmien l-Assedju l-Kbir - Joan Abela
Programm 12: Pjanu li kien sar għal Frederic Chopin - Nikolai Vukovic; Birżebbuġa joffri siti storiċi li kienu ta' importanza għal gżiritna - Matthew Balzan; Il-pulena tal-Hibernia fil-Mużew Marittimu - Liam Gauci
Programm 13: Qniepen bi storja warajhom li nsibu fil-kampnari tagħna - Kenneth Cauchi; Tagħrif dwar żmien il-kolera f'Malta - Isabellel Camilleri; Kif bdiet il-kollezzjoni nazzjonali tal-arti - Toni Sant u Rupert Cefai
Programm 1: Il-leġġenda ta' San Kerrew; Testment ta' żmien il-pesta; Il-guva fil-Forti Sant'Anglu u l-Forti Campbell - Joan Abela, Matthew Balzan, Vince Zammit u Mario Coleiro
Programm 2: It-traġedja tal-HMS Glorious li fiha kienu tilfu ħajjithom għadd ta' Maltin - Saviour Azzopardi; Il-katakombi ta' San Pawl - Janica Buhagiar
Programm 3: Ġrajja partikolari fi żmien l-Inkwizizzjoni; It-tqala u l-ħlas fil-bidu tas-seklu 20; Is-sotterranji taħt il-Palazz tal-Granmastru - Kenneth Cassar, Janice Caruana u Robert Cassar
Programm 4: X'sirna nafu minn kuntratti ta' Brandano Caxaro fl-Arkivji Notarili - Joan Abela; Il-ġrajja propja tal-Ġifen Tork u l-kaptan Zelalic - Liam Gauci
Programm 5: Aktar dwar l-istorja kampanoloġika ta' Malta - Kenneth Cauchi; Sejbiet oħra interessanti fl-arkivji Notarili - Isabelle Camilleri; L-arkata tal-Fawwara - Vince Zammit
Programm 6: Min kien għall-Maltin Sir Alexander Ball? - Liam Gauci; L-istorja tal-Forti Delimara - Matthew Balzan; Il-kuntratti tad-dota x'kien ikun fihom? - Joan Abela
Programm 7: X'tirrkonta mappa li nsibu impittra fil-kwadru titulari antik ta' Santa Katarina fiz-Zejtun - Sandro Debono; Il-Kappella ta' Cappuna - Raymond Montebello; Ir-Relikwarju tas-Salib fil-Konkatidral ta' San Gwann - Cynthia De Giorgio
Programm 8: Mappa ortolana li nstabet b'kumbinazzjoni f'qoxra ta' ktieb fl-arkivji notarili - Joan Abela; Kitba li nstabet waqt restawr ta' pittura ta' Guzeppi Cali - Andrea Depasquale u Luca Antonio Gatt
Programm 9: Id-Damma u l-ħajja ta' De Soldanis - Olvin Vella; Il-leġġenda tal-Madonna tal-ġebla - Vince Zammit; Libsa u ritratt tal-koppja Maltija mistiedna għall-inkurunazzjoni tar-reġina Eliżabetta II - Caroline Tonna
Programm 10: Id-dar imsejħa tar-Reġina - Kenneth Gambin; Il-katakombi tal-Bistra - Janica Buhagiar; Il-Fugassi - Matthew Balzan
Programm 11: Il-Franċiżi fiż-Żejtun - Ruben Abela; Is-suġġetta u ġrajjiet marbuta magħha - Kenneth Cassar; Il-kelma 'lussu' - Vanessa Buhagiar
Programm 12: Il-koppla tal-Kattidral tal-Imdina - Kenneth Cauchi; l-orgni tal-Imsida - Noel Gallo; Stoċċ żgħir tal-injam li fih kienu jinżammu dokumenti waqt xogħol marittimu - Liam Gauci
Programm 13: Traġedja fuq il-baħar li għandha rabta ma' Malta u l-l-Maltin: l-għarqa tal-HMS Louvain - Saviour Azzopardi; Il-leġġenda marbuta mal-kappella tal-Mensija - Mario Coleiro