Il-mużika tas-seklu għoxrin tispikka fid-diversità tagħha: minn xogħlijiet miktuba għal strumenti tradizzjonali għal dawk li jużaw it-teknoloġija b'mod prominenti; mużika li toriġina mit-tradizzjoni Ewropea għal dik b'influwenzi eżotici. Din is-sensiela tittratta din il-varjetà artistika, u tesplora l-muzika ta' kompożituri bħal Shostakovich, Stravinsky, Cage, u Berio.
Produzzjoni u prezentazzjoni ta' Dr Silvio J. Camilleri.
Programm 1: Il-bidla mis-seklu 19 ghas-seklu 20: Mahler, Elgar, Sibelius, Vaughan Williams
Programm 2: Kompożituri esperimentattivi Amerikani 1: Charles Ives, Henry Cowell
Programm 3: Mużika Impressjonista: Debussy, Ravel, Satie
Programm 4: Bela Bartok u Gyorgy Ligeti
Programm 5: Kompożituri mill-Ewropa tal-Lvant: Leos Janacek, Zoltan Kodaly
Programm 6: Igor Stravinsky
Programm 7: Kompożituri Russi: Rachmaninov, Prokofiev, Shostakovich
Programm 8: Kompożituri Neo-Klassici: Richard Strauss, Barber, Hindemith, Panufnik
Programm 9: Kompożituri esperimentattivi Amerikani 2: John Cage, Harry Partch, Meredith Monk
Programm 10: Mużika b'ispirazzjoni Jazz: Gershwin, Bernstein, Weill
Programm 11: Ix-xena mużikali Ingliża (1930-1970): Walton, Britten, Tippett, Arnold
Programm 12: The Second Viennese School u Muzika Minimalista: Schoenberg, Berg, Webern, Adams, Riley, Glass, Rzewski
Programm 13: Mużika vokali tas-seklu Għoxrin: Dallapiccola, Berio, Crumb, Sculthorpe
Programm 14: Xogħlijiet inflwenzati minn mużika ta' postijiet eżotici: Holst, Szymanowski, Hovhannes, Lauro, Hassell, Bresnick
Programm 15: L-użu tat-teknoloġija fil-mużika: Davidovski, Stockhausen, Varese, Eno, Zappa, Babbitt
Programm 16: Kompożituri Pollakki: Gorecki, Penderecki, Lutoslawski, Szymanski
Programm 17: Mużika sagra u spiritwali: Messiaen, Rautavaara, Part, Gubaidulina, Tavener
Programm 18: Mużika Maltija tas-seklu għoxrin: Diacono, Pace, Camilleri, Vella, Galea, Zahra