'L-ewwel Mediterran', b'referenza għat-test ewlieni li ser jispira s-sensiela, Primo mediterraneo ta' Sebastiano Tusa. It-tema dejjem tkun waħda Mediterranja, imma bbażata fuq rakkonti pjuttost storiċi u anke mitiċi xi minn daqqiet, li jorbtu lil Malta mad-dimensjoni tal-Feniċi fil-Mediterran. Kieku nibbaża ħafna mill-iskripts fuq testi ta' kittieba awtorevili fis-settur, bħall-mibki Sebastiano Tusa, espert Sqalli f'dal-qasam, u nżid aspetti oħrajn, speċjalment kontemporanji u anke li jaċċennaw għat-turiżmu, minn sorsi oħra u attwali.
- Programm 1: Daħla għas-serje l-ġdida, ħarsa lejn Mediterranisti bħal Sebastiano Tusa u Fernand Braudel
- Programm 2: Ħarsa lejn iż-żmien Klassiku u Plutarku, b'mużika ta' Madredeus
- Programm 3: Żvilupp tal-ħarsa lejn l-influenza Klassika, b'mużika ta' Lucio Dalla
- Programm 4: In-narrattivi tal-ispazji, b'Marc Auge, b'mużika ta' Radiodervish
- Programm 5: In-narrattivi tal-ivjaġġar (1), b'mużika ta' Rachid Taha
- Programm 6: In-narrattivi tal-ivjaġġar (2), b'mużika ta' Etnika
- Programm 7: In-narrittivi tal-ivjaġġar (III), b'mużika ta' Fabrizio De André
- Programm 8: Eżjodu u t-twissijiet dwar il-baħar, b'mużika ta' Marisa
- Programm 9: L-għodda u l-immaġni tal-portolan, b'mużika ta' Souad Massi
- Programm 10: L-ivjaġġar u l-kummerċ, b'mużika ta' Rabih Abou Khalil
- Programm 11: L-avventura u r-riskju fit-tbaħħir, b'mużika ta' Khaled
- Programm 12: Il-kultura Miċeneja, b'mużika ta' Franco Battiato
- Programm 13: L-iskambju u l-kummerċ fil-firxa marittima, b'mużika t'Ana Moura