Ħsejjes Mużikali

Ħsejjes Mużikali

Programm li jesplora l-istorja tal-mużika elettronika u kif diversi kompożituri użaw it-teknoloġija biex joħolqu xogħlijiet b'idjoma kontemporanja. Insiru nafu aktar dwar ir-repertorju ta' din il-mużika li jinkludi varjetà konsiderevoli - fosthom kompożizzjonijiet li jiġu interpretati esklussivament fuq strumenti elettroniċi, u oħrajn li jiġu esegwiti fuq taħlita ta' strumenti konvenzjonali u elettroniċi. Fost il-kompożituri li jigu trattati nsemmu lil Karlheinz Stockhausen, Iannis Xenakis, Neil Rolnick, u John Zorn.

Produzzjoni u preżentazzjoni ta' Dr Silvio J. Camilleri.


https://www.um.edu.mt/services/campus1037/ondemand/worldhistoryculture/sejjesmuikali/